Tħabbret d-data ta’ Roma-Juventus

Filwaqt li s-Sibt li għadda  il- Lega Serie A  ħabbret il-programm tal-logħob tal-34-il ġurnata tal-Kampjunat tas-Serie A 2023-24, illum ġiet magħrufa ukoll id-data tal-partita valida għal ġurnata numru 35!

Hawnhekk qed inwasslulkom x’imiss għat-tim tant maħbub tagħna.

 

  • Is-Sibt 27 tà April Ħin 18.00 Juventus-Milan
  • Il-Ħadd 5 ta’Mejju Ħin 20.45 Roma-Juventus

 

Grazzi

u nisperaw li narawkom bosta numerużi fil-klabb tagħna biex nassistu għal dawk il-partiti.

 

Pierre Bonavia

Bħal-lum fil-passat (21 ta’ April)

 

Ġara bħall-lum 21 ta’ April 2002 … (pass il-bogħod miċ- 5 Maggio!)

 

Kampjunat Serie A 2001-2002 – It-32-il ġurnata
Piacenza – Stadio Galleana
Il-Ħadd 21 ta’April 2002
PIACENZA-JUVENTUS 0-1
Gowl: Nedved 88
PIACENZA: Guardalben (Orlandoni 23), Sacchetti, Cardone, Lucarelli A., Tosto, Gautieri, Statuto (Miceli 71), Matuzalem, Di Francesco, Poggi (Caccia 74), Hubner
Kowċ: Walter Novellino
JUVENTUS: Buffon, Thuram, Ferrara C., Iuliano, Paramatti (Amoruso 70), Zambrotta (Davids 52), Conte A., Tacchinardi (Zenoni 57), Nedved, Trezeguet, Del Piero
Kowċ: Marcello Lippi
Referee: Bolognino

Agunija Totali

Partita ohra, aktar dwejjaq u aktar monotonijja bl-istess atitudni ta’ loghob medjokri minghajr l-inqas sinjal ta’ sistema jew inizjattiva ta’ xi haga.

Minn fejn taqbad tibda ma’ nafx, li hu zgur li dejjem ikollok tirrepeti l-istess diskors u l-istess kritika ghax minn partita ghal ohra ma’ jinbidel assolutament xejn, paroli u pozi fil-media kemm trid kullimkien, f’kull social media izda fil-pitch meta tghasar ma’ johrog assolutament sugu ta’ xejn. Bizzejed nghid li fil-partita kontra cagliari il-gowler tal-cagliari miss l-ewwel ballun wara kwazi kwarta loghob u kien id-difensur tieghu stess li qassamlu lura.

Minn fejn nibdew? Mid-difiza? Bi Bremer letteralment irrikonoxxibbli b’lanqas biss sens ta pozizzjoni jew Gatti b’lanqas l-icken tqassima tajba jew Danilo? F’kull corner kontrina marking ma’ jezistix!

Imbghad xi nghidu ghal medjokrita fil-midfield? Locatelli? Meta niftakar kemm hallasna ghalih nibki daqs li kieku hallastu jien! 45 miljun!! Timothy Weah? Min?! Dan laghab? Ghax nipprova nifhem x’raw fih l-osservaturi taghna!

Naturalment l-unika mument li rajna xi haga u allahares le kif wasal il-gowl ta’ Vlahovic li dahhalna lura fil-loghba u bid-dhul ta’ Yildiz u Milik tfajna aktar pressjoni fuq l-avversarji u konna zvinturati li fl-ahhar Yildiz ma’ skurjax it-tielet gowl.

Fl-opinjoni tieghi l-affarijiet jidhru cari li l-players immullaw u motivazzjoni ma’ hemmx; jidher carissimu li l-kowc mhuwiex jitrazmetti l-idejat tieghu u jien nghid li anka hu issa tilef il-boxla u kull kontrol, il-paroli ufficjali huma kollha xenegati ghal ghajn in-nies u biex jippruvaw izommu l-ambjent trankwill.

Fuq l-episodji inutli nitkellmu kulhadd jaf illi l-var kontrina tahdem u favurina le, penalty ggantesk fuq Alcaraz ma’ jigri xejn filwaqt li kontrina f’sekonda tittiehed decizjoni. U dan huwa ukoll ir-rizultat ta’ socjeta totalment halqa maghluq u taccetta kollox u t-tajn kollu li jitwaddab fuqna.

Bhalkom qieghed nitlob li jghaddu dawn l-ahhar partiti ghaliex issa izzejjed kollu zejjed, ma’ haqnix hekk, l-isem tal-Juventus ma’ jixraqlux hekk, izda ahna fit-tajjeb u l-hazin dejjem hemm.

FORZA JUVE DEJJEM