IR-REBHA MERAVILJUZA

Rebha meraviljuza dik tal-bierah, tant mistennijja u tant mixtieqa mill-Juventini kollha kontra dak it-tim, kontra dik is-socjeta li fl-Italja maghrufa biss ghal polemiki, ghal qrid u ghal kultura tas-suspett u nghid ukoll bl-akbar responsabilta li hafna mill-hafna hdura u ghodju li hemm bejn is-sapporters fl-Italja xerditu din is-socjeta l-inter!

Il-bierah assistejna ghat-tieni rebha f’dan l-istagun kontra dawn li lanqas fi stagun mimli problemi minn kull aspett ghal Juventus ma’ kienux kapaci jiehdu bicca punt kontrina. Fl-opinjoni tieghi l-bierah ghamilna loghba aqwa minn ta’ l-ewwel round go Turin u kellna fejn nohorgu bi skor hafna akbar li ma’ tlifniex hafna u hafna okkazjonijiet li kellna specjalment fit-tieni taqsima; bosta kontrattakki li ma’ sfruttajniex u ikkonfermajt kemm ma’ ghandniex attakant letali fil-kaxxa bhal ma kien Higuain jew Tevez fi snin li ghaddew ghaliex kieku l-bierah l-inter kienu johorgu minn San Siro bi 3 mill-inqas.

Naturalment is-soltu polemika u paroli u skuzi mil-kamp interist ma’ naqasx, drajniha l-istorja li meta il-kas ikun kontra l-Juve dak ma’ jimpurtax kulhadd jista jizbalja izda favur le. Meta jigi favur il-Juve jsiru hallelin, mafja u l-hazin kollu tal-futbol! U m’hiniex nghid ghall-kas tal-bierah fejn hasbu u pruvaw jghidu li Rabiot miss il-ballun b’idu fl-azzjoni li wasal il-gowl. Izda lanqas il-programmi kollha ma’ setghu isibu immagini li tikkonferma dan wisq aktar illi l-akbar bikkej li ghandom inter, Barella protesta ghax qal li Vlahovic miss il-ballun b’idejh voldiri diga waqatilom il-maskla mal-ewwel!

Ghogobni wisq Marchisio waqt domenica sportiva fejn qal lil Inzaghi li apparti Rabiot ma’ laqatx il-ballun b’idu ahjar jistaqsi d-difensuri bhal Darmian fejn u kif kienu skjerati waqt ix-xutt ta’ Kostic! Imma dawn hekk imdorijjin bhal ma’ jghid il-Malti minn dak jofru! Nesew li fl-ewwel round gowl ta’ Bremer thassar ghalxejn, penalty ma’ nghatax lil Juve biex ma’ nsemmux il-porkeriji li saru fil-final tal-Coppa Italia! Imma dawk ma’ jimpurtax.

Izda ahna aktar ma’ naraw l-interisti f’din id-disperazzjoni aktar tinzel ghasel u ghandna niehdu pjacir b’din ir-rebha ghaliex bil-hsara u l-ghodju kontrina li gej minn kullimkien inkomplu nweggaw hafna ntern ta’ nies illi kieku jistaw lil Juventus jisparixxuwom ghax jafu li ma’ jmutu qatt. Innutaw li l-affarijiet ghat-timijiet l-ohra qed isiru umiljanti ghax il-Juventus bi 15 il-punt penalizazzjoni u regghu qeghdin vicin iz-zona Ewropeja indipendendament x’ser jigri l-quddiem.

Waslet waqfa tal-kampjonat ohra u nisperaw li nirkupraw naqra injuries ghaliex qatt f’dan l-istagun ma’ konna kompluti kif suppost. Sfortunatament il-bierah rega waqaf Chiesa nisperaw xejn gravi ghaliex wisq jaghmel differenza meta jidhol.

Nerga ghal darbohra nsemmi lil Nicolo Fagioli, l-bierah loghba ta’ ggant ohra midfield f’idejh, player fin , intelligenti u b’determinazjoni ta’ veteran…. Enormi!

Nisperaw li nuzaw dawn il-gimghatejn ta’ waqfa tajjeb biex ngibu ftit energija lura ghaliex April ser ikun impenjattiv immens fl-Ewropa u fil-kampjonat u Coppa Italia fejn nergaw nilghabu kontra dawn il-bikkejja ta’ l-Italja. Naturalment hadd hlief l-ambrosiana, ic-cinizi ta’ l-Italja , ic-champions ta djun l inter!

FORZA JUVE DEJJEM

L-għażliet ta’ Mancini għall-partiti kontra l-Ingilterra u Malta

Mancini sejjaħ żewġ plejers Juventini biss – Bonucci u Chiesa – fl-okkażjoni tal-partiti kontra l-Ingilterra u Malta li se jintlagħbu fit-23 u s-26 ta’ Marzu.

Il-plejers kollha mgħajta huma:

Gowlers: Donnarumma (PSG), Falcone (Lecce), Meret (Napoli), Provedel (Lazio)

Difensuri: Acerbi (Inter), Bonucci (Juventus), Buongiorno (Torino), Darmian (Inter), Di Lorenzo (Napoli), Dimarco (Inter), Romagnoli (Lazio), Scalvini (Atalanta), Spinazzola (Roma), Toloi (Atalanta).

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Barella (Inter), Cristante (Roma), Frattesi (Sassuolo), Jorginho (Arsenal), Pellegrini (Roma), Pessina (Monza), Tonali (Milan), Verratti (Psg).

Attakkanti: Berardi (Sassuolo), Chiesa (Juventus), Gnonto (Leeds), Grifo (Friburg), Pafundi (Udinese), Retegui (Tigre), Scamacca (West Ham).

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Marzu)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum hu ta’ partita bejn Juventus u Napoli tal-1951. Filmat tassew antik li jixhed kemm il-futbol inbidel f’dawn l-aħħar 70 sena.

Id-dati importanti tal-Europa League

Sporting CP se jkunu l-avversarji ta’ Juventus fil-Kwarti-Finali tal-Europa League.

Il-polza sħiħa kienet kif ġej:

Feyenoord-Roma
Juventus-Sporting CP
Manchester United-Sevilla
Bayer Leverkusen-Union Saint-Gilloise

Fit-13 ta’ April Juventus se jkun qed jilqgħu f’darhom lil Sporting, filwaqt li ġimgħa wara, fl-20 ta’ April, il-Bianconeri se jmorru l-Portugall.

Jekk Juventus jgħaddu ghar-Rawnd li jmiss, jilagħbu kontra t-tim rebbieħ tal-konfronti bejn Manchester United u Sevilla.

Id-dati tas-semi-Finali huma: 11 u 18 ta’ Mejju. Il-Finali tintlagħab fil-31 ta’ Mejju.

Matthew Scerri

Magħrufa d-data meta se jinstema’ l-Appell

Il-Collegio di Garanzia tal-Coni se jkun qed jiddeciedi fid-19 ta’ April dwar l-Appell imressaq minn Juventus għas-sentenza tal-20 ta’ Jannar li wasslet biex Juventus tnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika. Fid-19 ta’ April, fis-2.30 ta’ waranofsinhar se tibda s-seduta u probabbli li dakinhar stess filgħaxija jkollna l-verdett. Infakkru li l-Collegio di Garanzia mhux se jidħlu fil-mertu tal-piena mogħtija lil Juventus u lill-eks uffiċċjali tagħha, imma jrid jistabilixxi jekk mil-lat tekniku l-kawża li wasslet għas-sentenza tmexxietx skont il-proċeduri kollha stabbiliti mil-liġi. Jekk is-sentenza tkun ikkonfermata anki mill-Collegio di Garanzia tal-Coni, Juventus ikunu jistgħu jkomplu l-battalja legali tagħhom fil-Qrati Ċivili.

Matthew Scerri

L-ewwel paġna tat-Tuttosport (15 ta’ Marzu 2023)

Prima pagina di oggi