Għidut li Juventus u l-Procura Federale qablu dwar patteġġament

Allegatament Juventus għażlu t-triq tal-patteġġament fil-kawża quddiem il-Ġustizzja Sportiva dwar il-famuża ‘Manovra stipendi’, il-partnership ma’ klabbs oħra u r-relazzjonijiet mal-aġenti. Qed ikun irrapurtat li nstab ftehim bejn Juventus u l-Procura Federale. Tant hu hekk li l-ewwel seduta li kellha tinżamm fil-15 ta’ Ġunju, tmexxiet għal għada. Skont diversi sorsi Juventus se jkunu qed jingħataw multa qawwija bla ma jitnaqqsulhom aktar punti. Sorsi oħra qed jirrapurtaw li l-multa jaf ma tkunx daqstant qawwija, biss Juventus ikollhom tnaqqis ta’ ftit punti oħra fil-klassifika ta’ dis-sena. L-intenzjoni ta’ Juventus hi li jagħlqu dal-kapitlu darba għal dejjem sat-30 ta’ Ġunju sabiex l-istaġun li ġej ma jkollhomx piżijiet xi jġorru ta’ dawn il-ħafna kawżi quddiem il-Ġustizzja Sportiva.

Matthew Scerri

LEJN TMIEM IL-FREJJEG

Jekk il-bambin irid il-weekend li gej l-ahhar loghba ta’ dan il-kampjonat mishut u terribli.

Minn fejn tibda ma’ nafx, minn fejn tispicca lanqas! L-artikli nista naghmilom copy paste ghax ikollok tirrepeti dejjem l-istess diskors, x’taqbad tghid? Tal-misthija? U kif, hemm xi haga salvabbli? Kwazi xejn, hemm soluzzjoni? Iva gaffa mill-kbar, tghabbihom kollha u titfahom go xmara po! Ghax jekk tasar ma tohrogx player!

J’alla s-sajf li gej ma’ jghaddi qatt ghaliex jekk fadlilna sentejn nassistu ghal dawn il-wirjiet vergonjuzi u bla sugu ahjar ma’ jasal qatt kampjonat iehor. Li kellna sugu ta’ xi haga konna nwaqqaw fir-redikolu federazzjoni mafjuza u xorta konna nigu ma’ l-ewwel erba, halli mbaghad taqlana l-mafja l-ohra l-uefa imma ghalmenu thammar xeba ucuh u tohrog aktar fic-car mad-dinja il-mafia organizzata fejn tasal.

Izda le tant konna medjokri li armejna punti kemm trid u t-tim irrifletta l-medjokrita tas-socjeta li ghandna u l-faqar ta kowc f’dik li hija tattika u aktar u aktar f’determinazzjoni, b’kowc li tilef mhux il-boxxla biss imma kull sens ta’ direzzjoni tattika u mentali.

X’taghna f’dawn is sentejn? Assolutament xejn hlief medjokrita u kulhadd jghaddina 90 minuta zufjett. Nerga nghid ghandu skuza tajba din is-sena t-tnaqqis ta’ punti, bhal dak li qallu l-players min irid mhux xorta ser jghidilna caw caw!!

Nistennew u naraw x’ser jigri sa dan il-waqt, ghamlu kuragg ghax Calvo qalilna issa 10 punti huma definittivi ma hemmx taghmel!! Voldiri mhux il-qorti tat-tar u ta losanna sejrin imma l-vatikan naghmlu weghda li ma jitfawnix fid-dilettanti nilghabu kontra cervia!! Dik difiza!! Imma dejjem avukati top ikollna!!

Bilhaqq John Elkann x’sar minnu, tilef it-triq sal-Juventus Stadium? Mur gib lin-nannu Gianni u liz-ziju jaraw fiex regghu gabu lil Juventus! Tghid ghandhom wicc biex jisthu?

Gabuna klabb ta 3 klassi suppost li qeghdin 20 sena qabel l-ohrajn minflok sirna il-jokers tal-kampjonat u tal-qrati ghax hekk sirna taht l-Elkann – zero ma’ niswew xejn imkien! Bla vuci, bla sahha, u l-aktar bla attributi minn fuq sa isfel u qed nkun pulit!

FORZA JUVE DEJJEM

It-Traġedja tal-Heysel hi parti mill-istorja tal-Club tagħna wkoll!

Qed nisiltu silta mill-ktieb “Iswed u Abjad” li kien ippubblikat mill-Club tagħna sabiex ikun iċċelebrat bl-aktar mod denju l-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Club. Il-ktieb, miktub minn Manwel Scerri u Matthew Scerri hu xhieda diretta tal-istorja tal-Club mill-1975 ‘il quddiem. It-traġedja tal-Heysel hi parti mill-istorja tal-Club tagħna wkoll. Ejjew naraw kif:

Is-silta mill-ktieb:
B’dieqa rridu ngħidu li dakinhar konna xhieda diretti ta’ waħda mill-paġni l-aktar suwed fl-istorja tal-futbol Ewropew, dik li sal-lum għadha magħrufa bħala t-Traġedja tal-Heysel.

Malli Juventus kisbu l-aċċess għall-Finali, il-Kumitat tal-Juventus Club (Malta) minnufih beda bil-preparamenti meħtieġa biex jorganizza tour għal din il-partita. Dik il-ħabta l-biljetti kienu jinġiebu biss direttament minn Juventus FC f’Turin u allura l-Kumitat permezz tas-Segretarju Albert Callus mill-ewwel għamel kuntatti diretti mas-Segretarju Ġenerali, Sergio Secco, li kien responsabbli mit-tqassim tal-biljetti għall-Finali. Albert Callus kontinwament kien iċempel lil Secco fejn talbu 42 biljett (daqskemm kienu l-membri li bbukkjaw it-tour) għall-Finali.

Ġimgħa biss qabel il-final, Callus irċieva telefonata mingħand Secco fejn infurmah li peress li s-sehem ta’ Juventus kien biss ta’ ħdax-il elf biljetti ma kellux biljetti disponibbli għalina. Is-Segretarju Callus ċempel lil President Boniperti li nfurmah b’dan kollu u qallu li l-Club kellu diġà kollox imħallas għal dan it-tour. Il-President Juventin b’rispett lejn il-Club tagħna wiegħed li kien se jkellem lil Secco. Infatti jumejn wara Secco ċempel lil Callus u qallu li wara l-intervent ta’ Boniperti kellu biss 20 biljett disponibbli għalina. “Ejjew għalihom malajr għax titilfuhom”. Fuq ordni tal-Kumitat, Albert Callus tela’ Turin u ġab l-20 biljett.

Ovvjament l-20 biljetti ta’ Juventus (li kienu fil-curva riservata għall-partitarji Bianconeri) ma kinux biżżejjed u l-Kumitat ried jara kif se jikseb il-kumplament ta’ 22 biljett biex jaqdi lit-42 persuna li ħallsu t-tour kollu. Il-Kumitat kellu kuntatt ma’ persuna ta’ fiduċja li kienet lesta iġġib it-22 biljett l-ieħor mill-Ingilterra. Il-prezz miftiehem kien ta’ 70 Lira Sterlina ‘l wieħed (prezz għoli għal dak iż-żmien). Hekk kif din il-persuna marret tiġbor il-biljetti mill-Ingilterra, kienet infurmata li biljetti ta’ 70 Lira Sterlina (li kienu fil-misħuta Curva Z fejn ġrat id-diżgrazzja) spiċċaw u fadal biss dawk fit-Tribuna Ċentrali iżda kienu jiswew 140 Lira Sterlina ‘l wieħed.

Tard bil-lejl, il-President Manwel Scerri kien infurmat b’telefonata minn Londra b’din is-sitwazzjoni u dak il-ħin stess kellu jieħu deċiżjoni għax, kif jgħidu l-Ingliżi, kienet sitwazzjoni ta’ ‘take it or leave it’. Fiċ-ċirkostanzi li kienu, bil-Finali ftit jiem ‘l bogħod, bil-membri ma jafux fejn qegħdin bil-biljetti, Manwel Scerri iddeċieda li jinġiebu t-22 biljett bil-prezz il-ġdid offrut fit-Tribuna Ċentrali. Kienet deċiżjoni kuraġġuża u responsabbli.

Kien tassew provvidenzjali li ttieħdet din id-deċiżjoni għax dakinhar, proprju fil-Curva Z qabel il-partita tilfu ħajjithom 39 sapporter. Il-President, Manwel Scerri jirrakkonta, “Dak iż-żmien ma kellniex mobiles u allura biex inserrħu ras il-familjari tagħna, li bħad-dinja kollha assistiet permezz tat-trasmissjoni televiżiva diretta għat-traġedja, malli tlaqna minn Brussels fis-siegħa ta’ filgħodu bil-coach lejn l-Olanda (fejn kellna l-hotel) waqafna fil-fruntiera bejn il-Belġju u l-Olanda u bdejna nċemplu Malta ħalli nserrħu ras il-qraba tagħna li konna qawwijin u sħaħ.”

Mal-wasla lura f’Malta, intervistat mir-radju Manwel Scerri qal, “Nirringrazzjaw lil Alla li b’42 membru morna u b’42 ġejna lura.”

Anniversarju: 29/5/1985 it-Traġedja tal-Heysel

It-traġedja tal-Heysel, 29 ta’ Mejju, 1985
Finali Tazza taċ-Champions, Liverpool vs Juventus

Tajjeb li nġibu fil-qosor x’seħħ dakinhar tat-traġedja tal-Heysel . Siegħa qabel il-kick-off tal-Finali, grupp ta’ partitarji Ingliżi attakkaw lill-partitarji li kienu qed jokkupaw l-area newtrali, il-famuża Curva Z fl-istadium tal-Heysel. L-ispettaturi fil-Curva Z, fil-maġġor parti tagħhom Juventini, beżgħu u rtiraw lura mal-avvanz tal-hooligans Ingliżi iżda sabu ma’ wiċċhom il-ħajt tal-concrete tal-Curva. Qam pandemonju sħiħ, iġsma sfaw mgħaffġa minn sħabhom stess, partikularment dawk li kienu qrib il-ħajt, li eventwalment spiċċa ċeda.

Ħafna kienu li rnexxilhom jaqbżu fil-grawnd u salvaw, iżda 39 partitarju innoċenti kienu inqas ixxurtjati għax mietu mgħaffġa taħt is-saqajn ta’ persuni oħra mwerwra bħalhom filwaqt li 600 mija oħra sfaw midruba.

Il-logħba ntlagħbet wara bosta ħin fuq ordni tal-UEFA, minkejja li minxura mal-art barra l-grawnd kien hemm il-katavri Juventini bix-xalpi u l-bnadar suwed u bojod mdawra magħhom.

IN MEMORIAM- Biex qatt ma ninsew il-vittmi tal-Heysel

Balli Bruno, Alfons Bos, Casula Andrea, Casula Giovanni, Cerullo Nino, Chielens Willy, Conti Giuseppina, Danenecky Dirk, Fabbro Dionisio, Francois Jacques , Galiano Eugenio, Galli Francesco,  Gonnelli Giancarlo, Guarini Alberto, Lorentini Roberto, Lusci Barbara, Martelli Franco, Messore Loris, Mastroiaco Ganni, Mazzino Sergio, Papaluca Luciano, Pidone Luigi, Pistolato Benito, Radcliffe Patrick, Raganese Antonio, Robert Claude, Ronchi Mario, Russo Domenico, Salvi Tarcisio, Sarto Gianfrnco, Spanu Mario, Venturin Tarcisio, Walla Jean Michel u Zavaroni Claudio.