PAGNA GDIDA?

Id-derby tal-bierah kien xaqq ta’ dawl gdid ghalina l-Juventini. Ghalijja bla dubju nahseb kienet l-aqwa loghba ta’ dan l-istagun, kont ilni ma’ nara lit-tim jilghab hekk hafna zmien. Ghalkemm bhas-soltu bdejna hazin hafna u filfatt wasal il-vantagg ta’ Torino mal-ewwel, it-tim kellu reazzjoni .

Xorta bqajna bl-istess difett ta’ hafna passes hziena u traskuragni tas-soltu specjalment fl-ewwel taqsima. Torino m’humiex tim facli x’taffronta u kollha nafu t-timijiet ta’ Juric kemm huma agressivi fil-loghob taghhom imbghad ghal Torino din bla dubju tkun il-loghba tas-sena.

Fortunatament id-darbtejn li morna minn taht kif ghidt qabel kellna reazzjoni u fiz-zewg kazi gibna dro kwazi mal-ewwel u specjalment kien ta’ mportanza kbira li gibna 2-2 ezatt qabel it-tisfira ta’ l-ewwel taqsima li taghtna nifs qawwi biex stajna nibnu din ir-rebha.

Iz-zewg gowls ta’ Torino kienu raqda generali tad-difiza taghna. L-ewwel gowl bi player mitluq wahdu fil-kaxxa u t-tieni gowl nuqqas ta marking ta’ Bremer li wara patta ghall-izball tieghu b’gowl mill-isbah li tefghana fil-vantagg u nerga nigi ghal vantagg ta’ Torino, Szczesny m’huwiex ezenti mit-tort lanqas.

Tafu kemm is-soltu nkun kritiku versu Allegri, izda lbierah nista nghid li kwazi qbilt ma’ kull decizjoni li ha kemm fil-formazjoni titolari fejn fl-ahhar gie preferut zghazugh bhal Barranchea minflok player li s’issa ma’ swiena assolutament xejn bhal Paredes, kif ukoll fil-bidliet li ghamel fil-hin gust bid-dhul ta’ Chiesa u Pogba li letteralment ghollew il-livell tat-tim u nghid li kienu l-protagonisti ta’ din ir-rebha.

Dejjem nikkonferma aktar kemm in-nuqqas fit-tul ta’ dawn il-players hassejnih u tlifna enormita ta’ punti u konvinzjoni fil-players minhabba din ir-raguni. Kultant nikkonferma ukoll li kowc tajjeb huwa mportanti imma huma l-players li jaghmlu l-kowc tajjeb ukoll ghaliex l-kowc dejjem emmint illi l-aqwa haga li jrid ikollu fih li jkun jaf jimmotiva lill-players.

Semmejt qabel liz-zghazugh Barranchea li mhux ha nghid li ghamel xi loghba kbira izda ghamel id-dmir tieghu tajjeb bis-semplicita kollha minghajr hafna riskji f’ loghba li kienet importanti u ta’ pressjoni specjalment meta tkun qieghed tiddebutta fis-Serie A.

Nemmen li ghandna nibqaw ninsistu fuq dawn iz-zghazagh ghaliex konvint li fi zmien 3 snin niehdu l-frott minnhom anzi konvintissimu. Fuq kollox is-socjeta bis-sitwazzjoni li dahlet fija m’ghandiex triq ohra x’taghmel fl-opinjoni tieghi.

Gejja loghba ohra iebsa kontra Roma, u nittama li nergghu naraw din il-qalb u din id-determinazzjoni fit-tim filwaqt li nispera li l-injuries ihalluna bi kwietna halli nkomplu mexjin din il-mixja iebsa ta’ dan l-istagun falsat minn federazjoni dilletanteska!

FORZA JUVE DEJJEM

L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Torino

Uffiċjali: Juventus jappellaw

Illejla Juventus ressqu b’mod uffiċjali l-appell tagħhom quddiem il-Collegio di Garanzia tal-Coni bil-għan li tiġi annullata s-sentenza tal-20 ta’ Jannar li għadda li rat lil Juventus jitnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika, flimkien mas-sospensjoni ta’ uffiċċjali u eks-uffiċċjali tagħhom.

Matthew Scerri

Xahar importanti għal Juventus

Ix-xahar li ġej mistenni jkun tassew importanti għal Juventus fil-ġlieda tagħhom barra l-grawnd sabiex inaddfu isimhom mill-akkużi li tressqu quddiemhom.

Qabelxejn dil-ġimgħa Juventus se jkunu qed iressqu l-appell kontra s-sentenza li wasslet biex tnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika. Juventus għandhom ċans sa tmiem il-ġimgħa biex iressqu l-appell biss, kif stqarr Calvo, huma se jkunu qed idaħħlu l-appell tagħhom kmieni l-ġimgħa d-dieħla. Imbagħad irridu naraw eżattament meta se jinstema’ l-appell.

Fl-10 ta’ Marzu, imbagħad jintemm jasal fi tmiemu ż-żmien li fih il-Procutore Federale jkun jista’ jressaq lil Juventus u klabbs oħra quddiem il-ġustizzja sportiva b’rabta mal-plusvalenze li ma kinux iddaħħlu fl-ewwel kawża. Juventus jistgħu jiġu mixlija anki li kisru r-regolamenti minħabba l-famuża ‘manovra stipendi’.

Hemm xnigħat li Juventus jistgħu jagħmlu patteġġament f’dak li għandu x’jaqsam mal-‘manovra stipendi’. Teknikament jekk Juventus jitolbu l-patteġġament qabel il-Procuratore Federale jiftaħ kawża kontrihom, ikunu jistgħu jilhwu ftehim iktar vantaġġuż (hekk għallinqas jikkuntempla l-Kodiċi tal-Ġustizzja Sportiva). Hemm xnigħat ukoll li ż-żjara li Calvo għamel f’Ruma wittiet it-triq f’das-sens, filwaqt li l-ħatra tal-Avukati Clarizia jaf ikunu marbuta man-negozjazzjoni tal-patteġġament. Nerġa’ ngħid li dawn huma biss xnigħat u allura m’humiex ikkonfermati.

Dax-xahar ta’ Marzu se jkun importanti ukoll peress li mistennija tkompli l-kumpilazzjoni fil-Qrati Ċivili tal-kawża li nfetħet mill-Procura ta’ Turin. Juventus qed jitolbu li l-kawża timxi għall-Qorti ta’ Milan minflok dik ta’ Turin. L-Imħallef se jkun qed jiddeċiedi dwar dan. Fl-istess ħin se jkun qed jistabbilixxi jekk hemmx biżżejjed provi biex il-kawża titkompla jew inkella tiġix arkivjata.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Frar)

Lura għas-sena 2001 meta fil-kampjonat Juventus għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 3-0. Gowls ta’ Tudor, Inzaghi u Zidane.