Faqar Kbirby Pierre Borg
Ma’ fadal xejn x’issalva minn din il-mizerja, minn dan id-dizastru totali li qeghdin naraw loghba wara ohra minghajr ebda pjan u wisq aktar minghajr l-ebda reazzjoni assoluta.
F’din is-sitwazzjoni xejn mhu cert lanqas ir-raba post u nahseb il-partita kontra genoa kienet l-ghar partita tal-Juventus li qatt rajt f’dawn l-ahhar 10 snin jekk mhux aktar.
Nibda mill-ewwel taqsima b’monotonija totali qisek qed tara friendly fl-gheqqel tas-sajf fis-shana fejn hadd ma’ jkollu aptit jiccaqlaq, bizzejjed nghid li l-ewwel xutt li tajna gol-lasta kien wara 25 minuta u ma’ kien hadd hlief Gatti li huwa difensur centrali voldiri mil-players offensivi kollha kien difensur li prova jaghmel xi haga.
Minn fejn taqbad tibda? Lil min ser insalva? Assolutament lil hadd minn fuq sa isfel, tieni taqsima fejn ghaddiet kwarta biex saru tibdiliet offensivi u li setghu taw ftit kwalita u ghalkemm b’konfuzjoni rajna xi haga u konna aktar fl-attakk izda tinduna illi kollox improvizzat u kulhadd jipprova jivvinta minn dak li jaf.
Xi haga jrid isir bhal ma’ ghidt gimghat ilu, urgentement qabel ikun tard wisq ghaliex jidher li l-players huma vojta minghajr direzzjoni u minghajr idejat. Probabli mhu ha jigri xejn u nafu ghaliex! Ghax is-socjeta marbuta u priguniera ta’ kuntratt ta’ miljuni kbar! Jien nistaqsi ta’ min hi r-responsabilta li tim minghajr ewropa fizikament jinsab fi stat tal biki? Ta’ min hi r-responsabilta li qatt fi 3 snin ma’ rajna futbol denju ta’ Juventus? Ta’ min hi r-responsabilta li ma’ rnexxix iqanqal l-icken reazzjoni fil-players? Ir-risposta ovja hadd hlief Allegri u jien lil Allegri nirrispettah ghal dak kollu li wettaq u ghamel izda jiddispjacini nghid li fil-hajja trid tkun ragel u meta tara li xoghlok mhux jasal ghandek terfa r-responsabilta u twarrab, probabli mhuwiex ha jaghmila u l-affarijiet b’garanzijja se jigravaw u jien nghid ser jigravaw bil-kbir.
Nistennew u naraw, nispera li dak li hu suppost il-propjetarju ta’ Juventus jintervjeni jekk fadallu farka nteress fil-Juventus! Niddubita! Izda konvint li jekk mhux ha jsir xejn u mhiex ser tittiehed decizjoni drastika l-affarijiet ser jikkrollaw.
Miniex qed nsalva l-players li kif ktibt ftit minnhom lanqas jafu kif spiccaw mal-Juventus imbghad hemm dawk li biex jimmudelaw biss tajbin imbghad fil-pitch tahsibom papri jew sinjorini, 2 ezempji ta’ dawn huma Locatelli u Vlahovic li spicca anka tkecca minhabba l-paroli zejjed f’mument krucjali imma issa nzidulu l-kuntratt u forsi anka l-paga!
Faqar kbir!
Izda bhal dejjem FORZA JUVE SAL-MEWT.