Juventus-Atalanta. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passatby Aleandro Bartolo
Fil-kotba tal-istorja nsibu li s’issa kien hemm 134 konfront dirett bejn Juventus u Atalanta. Il-Bianconeri rebħu aktar minn nofshom (72 partita), filwaqt li komplessivament Atalanta kisbu biss 15-il rebħa. Id-draws kienu 47. L-iżbilanċ bejn it-timijiet joħroġ iktar biċ-ċar mill-istatistika tal-gowls li saru fil-konfronti: 247 gowl għal Juventus u 118-il gowl għal Atalanta.
Fis-Serie A Juventus u Atalanta ltaqgħu 116-il darba, b’65 partita mirbuħa minn Juventus, 40 draw u 11-il telfa għall-Bianconeri. Minn dawn il-konfronti kollha, 58 partita ntlagħbet f’Turin. Juventus rebħu 38 partita, kien hemm 16-il draw u 4 rebħiet biss għal Atalanta. Boniperti hu l-plejer Juventin li l-aktar lagħab kontra Atalanta (12-il partita) u l-aktar li skurja (6 gowls).
Matthew Scerri