Juventus iridu lil Cragno għal meta jirtira Buffonby Aleandro Bartolo
Wara Portanova, Pavoletti u Reynolds, issa qed jissemma plejer ieħor li jista’ jkun fiċ-ċentru ta’ negozjati bejn Juventus u Cagliari. Calciomercatoweb.it qed jirrapurtaw li Juventus iridu lil Alessio Cragno fis-sajf li ġej jekk Buffon jagħżel li jirtira. Il-Bianconeri lesti joffru tpartit ma’ Rugani jew Perin. Fuq Cragno hemm anki Inter li jriduh biex ikun l-eredi ta’ Handanovic.
Matthew Scerri