LURA FIC-CHAMPIONS LEAGUEby Pierre Borg
Lura fic-champions league grazzi ghal rebha ta’ atalanta fuq roma. Minn naha taghna kellna mizerja ta’ loghba ohra fejn jekk kellna bzonn konferma dan it-tim, din l-iskwadra weriet kemm hi dghajfa mentalment u tattikament.
Lanqas fadal l-icken interess f’dawn il-players li issa ilhom xhur juru prestazzjonijiet mizerabli u nuqqas ta’ attakament lejn il-flokk u lejn miljuni ta’ sapporters. Illum nghid li kien miraklu li rritornajna fic-champions league ghaliex dan it-tim wera specjalment minn Jannar lil hawn li lanqas hu ta’ s-sitt post.
Li ilna nigu ddominati minn kulhadd drajna, issa letteralment kontrina kulhadd isir qisu real madrid jew xi tim stilla u xejn anqas kontra salernitana; tim li diga waqa matematikament u ahna li ridna 3 punti biex inserrhu mohhna mill-ewropa, lanqas biss tara ftit determinazzjoni jew bicca pjan ta’ loghba anzi gejna dominati anka minn bicca tim bhal salernitana.
Kif irnexxilna nidhlu champions league? Ma nafx! Li hu miraklu zgur, minn fejn gie dan il-miraklu ma’ nafx lanqas izda, li hu zgur huma dawn ir-ragunijiet; nirringrazzjaw lil Mulej li atalanta bdew hazin u tilfu hafna punti, nirringrazjaw lil Mulej li roma ma’ bidlux il-kowc qabel, nirringrazjaw lil Mulej li lazio ma’ bidlux lil kowc qabel ghaliex kollha minn mindu bidlu lil kowc, kollha gabu punti aktar minna u kollha kienu ahjar minnha.
Nibqa nghid u bil-kurzita kif titpaxxa tara timijiet fizikament bhal atalanta li ilhom stagun jilghabu 3 darbiet fil-gimgha u jibqaw b’dik l-intensita ta’ loghob bla waqfien, velocita immensa u kulhadd jghin lil xulxin. L-istess roma kontrina wara loghba jumejn qabel u grew it-triplu taghna. Id-determinazzjoni fil-players ta’ kulhadd u taghna hadd ma’ jrid il-ballun u kulhadd wieqaf, ergghu araw il-gowl ta’ salernitana fotokoppja tal-gowl kontra roma, marking bahh u kulhadd iccasat! Tghiduli l-kowc!! Uzgur naqbel 100% ghandu l-akbar responsabilta izda mhux biss, din l-iskwadra sopravalutata immens u ftit huma dawk li nsalva minnhom, nghoddom fuq id wahda il-bqija players medjokri u mudelli ta’ fost il-gimgha li lanqas kapaci jaghtu pass ta’ 2 metri.
Players minghajr personalita li jidhru li l-flokk ta’ Juventus la jifilhuh u lanqas jixirqilom, l-ewwel ma’ irridu nehilsu mill-primedonne bhal Rabiot ezempju, l-akbar mercenarju li ghandna fit-tim u mohhu biss fis-salarju bil-mummy thedded lis-socjeta! B’dan irridu nibnu?? B’Locatelli li lanqas kapaci jibni azzjoni? Bi Vlahovic li anqas ballun ma’ jzomm pero huwa l-akbar mudell u attur li ghandna fl-iskwadra? Imbaghad xi nghidu ghal players bhal Kean, Weah, Mckennie u l-bella kumpanija!
Is-socjeta?? Meta nghid is-socjeta qed nirreferi ghal propjeta biex kulhadd jifhimni. Ghaliex id-dirigenti ghadhom godda u issa forsi ser jibda x-xoghol vera taghhom. Izda kif u ghala din l-arroganza u nuqqas ta’ rispett lejn miljuni ta’ sapporters u wisq aktar lejn is-shareholders u lanqas l-icken stqarrija jew kelma ta’ wens li l-futur se jittiehdu decizjonijiet jew weghda li nkunu ahjar izda xejn dawn kulhadd numru ghalihom, is-sapporter qieghed biss biex nixorbulu flusu biss il-bqija oqghod f’postok u titkellimx. Ftit ta’ zmien ilu Francesco Calvo qal li l-Juventus hasra qeghdin Torin habba ragunijiet ekonomici u jien nghidlu irringrazzja lil Mulej li qeghdin Torin u mhux xi Ruma jew Napli ghax kieku ilkhom li gbartu sninkom minn fuq xi bankina! Ja socjeta u skwadra bla attributi! Ghax hekk intom u hekk gibtuna!
Imma bhal dejjem
FORZA JUVE FINO ALLA FINE