Rabiot x’aktarx mhux sejjer l-Amerka minħabba l-vaċċinby Matthew Scerri
Diversi sorsi qed jirrapurtaw li Adrien Rabiot mhux sejjer l-Amerka ma’ Juventus minħabba li ma jridx jieħu l-vaċċin tal-Covid-19. L-aħbar mhix waħda uffiċjali. Rabiot tkellem biss dwar raġuni pesonali bla ma spjega x’inhi. Ta min jgħid li fl-Amerka hu obbligatorju li persuna tieħu tliet dosi tal-vaċċin biex tkun tista’ tieħu sehem f’eventi li jattiraw ħafna nies. Rabiot, li kellu l-Covid, jidher li ma ħax il-vaċċin minħabba li fl-Italja hemm regolamenti differenti minn dawk Amerikani.
Matthew Scerri