Posts

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Novembru)

Illum se nfakkru paġna mhux tant sabiħa tal-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-1973 Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza Interkontinentali kontra l-Indipendiente. Dik kienet l-ewwel darba li Juventus kellhom iċ-ċans li jsiru champions tad-dinja, imma ma għarfux jieħdu l-opportunità tad-deheb. Ta’ min jgħid li dik is-sena Juventus kienu tilfu l-ewwel Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Ajax. L-Olandiżi għażlu li ma jilagħbux it-Tazza Interkontinentali u allura Juventus ħadu posthom.

Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Novembru)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum se joħodna għas-sena 1989 meta Juventus għelbu lil Karl Marx Stadt fit-Tazza Uefa.

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Novembru 2020)

Illum qed inwasslulkom filmat tassew antik li joħodona lura għall-1949 meta proprju bħal-lum Juventus kienu għelbu lil Pro Patria bl-iskor ta’ 0-3.

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Novembru)

Sebgħin sena ilu, proprju fit-12 ta’ Novembru 1950, Juventus kisbu rebħa kbira fid-Derby bl-iskor ta’ 4-1. Il-gowls Bianconeri, li tistgħu taraw fil-filmat t’hawn taħt, kellhom il-firma ta’ Boniperti, John Hansen (2) u Boniforti.

Bħal-lum fil-passat (26 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum joħodna għas-sena 1988 meta Juventus għelbu f’darhom lil Athletic Bilbao fit-Tazza Uefa bl-iskor kbir ta’ 5-1.

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għall-15 ta’ Ottubru 1972 f’partita tas-Serie A bejn Juventus u Lazio. Dakinhar Chinaglia u Bettega sabu x-xibka għal skor finali ta’ 1-1.

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Diċembru)

Inkomplu s-sensiela ta’ filmati mill-passat Juventin. Bħal-lum fl-1971 Juventus għelbu lil Torino f’Derby missielet. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 2-1, b’Anastasi u Capello jiskurjaw il-gowls Juventini.