Posts

Juventus f’kuntatt mal-aġenti ta’ Aguero

Juventus, PSG u Barcellona huma t-tliet timijiet li bħalissa jinsabu l-aktar interessati f’li jiksbu lil Sergio Aguero. L-Arġentin se jkun qed jitlaq lil Manchester City das-sajf hekk kif jintemmlu l-kuntratt. Skont La Gazzetta dello Sport Juventus kellhom kuntatt mal-aġenti tiegħu, għalkemm s’issa l-Bianconeri għad ma ressqulu ebda offerta.

Matthew Scerri

Kean jew Aguero fl-attakk ma’ Ronaldo

L-attenzjoni tal-media Taljana tidher li hi fuq l-attakk Juventin. Fil-aħħar jiem kellna diversi xnigħat dwar bidliet fl-attakk Juventin li jistgħu jseħħu das-sajf. Donnu li Ronaldo, Morata u Dybala mhumiex ċerti minn posthom u Juventus qed ifittxu attakkanti ġodda minflokhom. Fil-ħarġa tal-lum ta’ La Gazzetta dello Sport naqraw li Ronaldo lest jibqa’ biss irid attakkant b’karatteristiċi li jaqblu ma’ tiegħu. Juventus lesti jikkuntentawh billi jiksbu lil Kean jew lil Aguero. Tgħid vera?

Matthew Scerri  

Juventus u Inter f’kuntatt ma’ Aguero

Skont El Chiringuito Juventus u Inter kellhom kuntatti ma’ Sergio Aguero li għandu kuntratt ma’ Manchester City li wasal biex jintemm. Fuqu hemm anki interess min-naħa ta’ Barcellona.

Matthew Scerri