Posts
Juventus se jkollhom lura diversi plejers
Alex Sandro, Rabiot u Locatelli se jkunu qed jirritornaw għall-azzjoni fi tmiem il-ġimgħa wara li rkupraw mill-injuries tagħhom. It-Tlieta li huma se jkunu jistgħu jilaghbu kontra Bologna. Allegri se jkollu lura wkoll lil Cuadrado u Milik li tilfu l-aħħar partita kontra Monza peress li kienu sospiżi.
Matthew Scerri
Rabiot, Locatelli u Sandro għadhom ma rkuprawx
Illum Rabiot, Locatelli u Alex Sandro reġgħu ma ttrenjawx mal-bqija ta’ sħabhom. Dan ifisser li għadhom ma rkuprawx mill-injury tagħhom. Jekk għada jerġgħu ma jittrenjawx, allura ikun żgur li se jitilfu Monza-Juventus.
Matthew Scerri
Alex Sandro, Rabiot u Locatelli mistennija jitilfu Juventus-Benfica
Għada Allegri mistenni jkollu neqsin lil Locatelli, Rabiot u Alex Sandro. It-tlieta li huma llum ma ttrenjawx mal-bqija ta’ sħabhom u normalment din hi indikazzjoni li l-plejers mhux se jkunu jistgħu jilagħbu. Di Maria, mill-banda l-oħra, ttrenja mat-tim b’mod normali u għaldaqstant se jkun mgħajjat. Illejla, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Allegri se jkun jista’ jispjega eżattament liema plejers mhux se jkunu jistgħu jilagħbu u forsi jagħti indikazzjoni dwar meta se jkunu jistgħu jidħlu lura fl-azzjoni.
Matthew Scerri
Tliet plejers imsemmija minflok Alex Sandro
Alex Sandro fadallu sena kuntratt u żgur li l-kuntratt tiegħu mhux se jkun imġedded. Illum mingħajr dubju hu l-punt l-aktar dgħajjef tat-tim Juventini. Qed ikun irrapurtat li Juventus lesti jneħħuh immedjatament għalkemm mhux faċli minħabba li għandu paga ta’ 6 miljuni. Jekk jirnexxilhom isibulu tim ġdid, l-eredi tiegħu mistenni jkun wieħed bejn Destiny Udogie (Udinese), David Raum (Hoffenheim) jew Emerson Palmier (Chelsea). Udogie ilu jiġi msemmi u hu żgur l-aqwa talent Taljan f’dik il-pożizzjoni. Emerson Palmier ilu jiġi msemmi snin ma’ Juventus u jidher li hu plejer li anki hu qabad xi ftit jew wisq it-triq tan-niżla. Raum, imbagħad, hu isem ġdid. Għandu esperjenza vasta fil-Bundesliga u bħal ħafna plejers Ġermaniżi jabbina saħħa fiżika ma’ teknika tajba. Ta’ min jgħid, fl-aħħar, li l-akkwist ta’ wieħed minn dawn it-tlieta jista’ jkun possibbli anki jekk Sandro jibqa’ sena oħra ma’ Juventus. Nafu li Pellegrini għandu diversi offerti u jista’ jkun li Juventus ibigħuh biex jixtru full-back xellugi ġdid, b’Sandro jkun ir-riserva tiegħu.
Matthew Scerri
Alex Sandro pożittiv għall-Covid-19
Alex Sandro ttestja pożittiv għall-Covid-19 u beda l-kwarantina tiegħu. Hu bħalissa jinsab impenjat mat-tim nazzjonali Brażiljan. S’issa mhuwiex magħruf jekk huwiex se jkun qed jivvjaġġa lejn Turin b’titjira speċjali sabiex ikompli l-kwarantina tiegħu f’Turin.
Matthew Scerri
Alex Sandro: “Irridu nirbħu l-kampjonat u l-Coppa Italia”
“Ninsabu delużi. Ridna ngħaddu u ħdimna għalhekk. Aħna kollha, Ronaldo wkoll ninsabu imdejqin minħabba li nqlajna miċ-Champions League. Issa rridu nħarsu ‘l quddiem. L-objettivi tagħna għall-kumplament tal-istaġun huma li nirbħu l-kampjonat u l-Coppa Italia.” Hekk tkellem Alex Sandro f’intervista mogħtija lil Sky.
Matthew Scerri
Alex Sandro pożittiv għall-Covid-19
Alex Sandro nstab pożittiv għall-Covid-19. Hu għandu sintomi ħfief u jinsab f’iżolament. Il-bqija tat-tim Juventin qed isegwi d-dispożizzjonijiet tal-protokoll tal-FIGC biex ikun jista’ jkompli jittrenja u jilgħab.
Matthew Scerri