Posts

Se jitkeċċa jew le?

Il-futur ta’ Allegri bħala kowċ ta’ Juventus jibqa’ mill-aktar inċert. Uffiċjalment il-klabb ma ħareġ ebda stqarrija u ma nafux eżattament x’qed jiġri. Nafu biss li qabel il-partita ta’ Monza Arrivabene stqarr li tkun gennata li jitkeċċa Allegri. Wara t-telfa kontra Monza, kien hemm skiet totali min-naħa ta’ Juventus u dan qed jagħti lok għal ħafna għidut u spekulazzjonijiet. Sal-bieraħ kien qed ikun irrapurtat mill-gazzetti li wara laqgħa bejn id-diriġenti, Andrea Agnelli ċempel lil Allegri biex jgħarrfu li kien ikkonfermat bħala kowċ ta’ Juventus. Dan minkejja li, dejjem skont dawn ir-rapporti, Nedved ried li Allegri jitkeċċa. Issa l-affarijiet jidher li nbidlu peress li llum qed ikun irrapurtat li d-deċiżjoni dwar jekk Allegri huwiex se jitkeċċa jew le se tittieħed nhar il-Ġimgħa waqt il-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi.

Tgħid il-verita’ x’inhi?

Matthew Scerri

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Monza

Il-plejers mgħajta minn Allegri għall-partita kontra Monza huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin.
Difensuri: De Sciglio, Bremer, Danilo, Gatti, Bonucci, Rugani, Barbieri.
Plejers ta’ nofs il-grawnf: McKennie, Kostic, Miretti, Paredes, Fagioli, Barrenechea.
Attakkanti: Vlahovic, Kean, Di Maria, Soulé, Iling-Junior.

Matthew Scerri

Ara x’qal Allegri fi tmiem Juventus-Benfica

Allegri, Cuadrado u Milik sospiżi

It-tmiem konfuż u drammatiku (fuq klix inġust imma) ta’ Juventus-Salernitana, sewa qares lil Juventus. Allegri, Cuadrado u Milik ġew sospiż għal partita waħda wara li tkeċċew b’rabta ma’ dak kollu li nqala’ fl-aħħar minuti tal-partita kontra Salernitana. Allegri se jkollu jħallas ukoll multa ta’ 15-il elf Ewro, filwaqt li Juventus weħlu multa ta’ 5,000 Ewro peress li uffiċċjal tagħha offenda lir-referee fit-tunnel huma u deħlin lejn id-dressing rooms.

Matthew Scerri

Ara x’qalu Bonucci u Allegri lejlet PSG-Juventus