Posts
McKennie hu l-Aqwa Plejer ta’ Barcellona-Juventus
Weston McKennie ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Barcellona u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 21% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’15% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ronaldo b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.
Matthew Scerri
Ivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Barcellona-Juventus
Segwi dal-link biex tivvota għall-Aqwa Plejer ta’ Barcellona-Juventus:
https://app.ex.co/stories/surveyj10/ivvota-g-all-aqwa-plejer-ta-barcellona-juventus
Barcellona-Juventus 0-3
Juventus kisbu l-ewwel post fil-grupp taċ-Champions League bl-isbaħ wirja li rajna s’issa f’dan l-istaġun. Il-Bianconeri dehru kompatti u magħqudin, b’kull plejer fil-grawnd jaf sew xi jrid jagħmel. Ronaldo rebaħ il-konfront tiegħu personali ma’ Messi. Apparti hu kulħadd lagħab tajjeb, b’mod partikolari Cuadrado u McKennie li huma dejjem iktar deċiżivi f’dat-tim. Meta nkunu kbar mal-kbar il-veru nieħdu gost!
BARCELLONA-JUVENTUS 0-3
Skurjaw: 2 Ronaldo (2 pen.) (J), McKennie (J)
Barcellona (4-2-3-1): Ter Stegen; Dest, Araujo (Mingueza), Lenglet (Umtiti), Jordi Alba (Junior Firpo); Pjanic, De Jong; Trincao (Braithwaite), Messi, Pedri; Griezmann. Kowċ: Koeman.
Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Cuadrado (Bernardeschi), McKennie, Arthur (Rabiot), Ramsey (Bentancur); Morata (Dybala), Ronaldo (Chiesa). Kowċ: Pirlo.
Referee: Stieler (Ġer).
Karti sofor: Jordi Alba (B), Ramsey (J), Lenglet (B), Morata (J), Umtiti (B), Danilo (J), Junior Firpo (B).
Matthew Scerri
Uffiċjali: Kif se jibdew Barcellona u Juventus
Barcellona (4-2-3-1): Ter Stegen; Dest, Araujo, Lenglet, Alba; Pjanic, De Jong; Trincao, Messi, Pedri; Griezmann.
Juventus (4-4-2): Buffon; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Cuadrado, Arthur, McKennie, Ramsey; Morata, Ronaldo.
Sena wara Buffon mill-ewwel minuta fiċ-Champions League
Illejla Gigi Buffon se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Barcellona. L-aħħar darba li hu beda mal-ewwel ħdax ta’ Juventus f’partita taċ-Champions Leaguejueb fil-11 ta’ Diċembru 2019 kontra Bayer Leverkusen. Sena wara, insomma, Buffon se jibda f’partita ta’ kompetizzjoni Ewropea. Għalih se tkun anki l-partita numru 675 bil-flokk ta’ Juventus.
Matthew Scerri
Kif x’aktarx se jilagħbu Barcellona u Juventus
Barcellona (4-2-3-1): Ter Stegen; Dest, Mingueza, Lenglet, Jordi Alba; Pjanic, Alena; Messi, Griezmann, Pedri; Braithwaite.
Juventus (4-4-2): Buffon; Cuadrado, Danilo, Bonucci, Alex Sandro; Ramsey, Arthur, McKennie, Chiesa; Ronaldo, Morata.
Sors: Sportmediaset
Stieler se jmexxi Barcellona-Juventus
L-Uefa għażlet lil Tobias Stieler sabiex imexxi l-konfront bejn Barcellona u Juventus. Din se tkun it-tielet darba li r-referee Ġermaniż se jkun qed imexxi partita ta’ Juventus fiċ-Champions League. Fid-darbtejn ta’ qabel Juventus kienu għelbu lil Olympiacos 2-0 fl-2017 u tilfu kontra l-Young Boys fl-2018.
Matthew Scerri