Posts
Barzagli lura ma’ Juventus?
Issa drajna li kull sajf jinkiteb u jingħad li Andrea Barzagli se jkun qed jirritorna ma’ Juventus biex jifforma parti mill-istaff tekniku tal-kowċ Juventin. Taħt Sarri hu kien beda u waqaf wara ftit ġimgħat għal raġunijiet personali u familjari. Sena ilu kien intqal li seta’ jkun parti mill-istaff ta’ Pirlo, biss imbagħad ma kien sar xejn. Issa Romeo Agresti qed isostni li Allegri jridu miegħu ma’ Juventus. Nafu li Barzagli hu marbut b’rapport ta’ ħbiberija u stima ma’ Allegri. Tgħid din hi tassew id-darba t-tajba biex naraw lil Barzagli lura mal-Bianconeri?
Matthew Scerri
Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus
L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed iħalli r-riżultati mixtieqa. De Ligt hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa difensuri tad-dinja. Demiral ukoll hu blata fuq wara għalkemm irid jitgħallem joqgħod attent li jaqla’ inqas karti sofor u ħomor. Danilo, imbagħadm, qed ikollu staġun mill-aqwa wara li fis-sena li għaddiet ddeluda f’diversi okkażjonijiet. Illum, iktar min qatt qabel, Juventus jistgħu jserrħu rashom li kapaċi jgħaddu mingħajr il-BBBC!
Matthew Scerri