Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Marzu)
Fit-22 ta’ Marzu 2008 Juventus kienu impenjati f’San Siro kontra Inter. Minkejja l-qawwa tan-Nerazzurri, Juventus rebħu dan il-konfront bil-gowls ta’ Camoranesi u Trezeguet.
Fit-22 ta’ Marzu 2008 Juventus kienu impenjati f’San Siro kontra Inter. Minkejja l-qawwa tan-Nerazzurri, Juventus rebħu dan il-konfront bil-gowls ta’ Camoranesi u Trezeguet.
Il-filmat li qed inwasslulkom illum hu ta’ partita bejn Juventus u Napoli tal-1951. Filmat tassew antik li jixhed kemm il-futbol inbidel f’dawn l-aħħar 70 sena.
Il-filmat li għażilna għalikom illum hu konfront tat-Tazza Uefa bejn Juventus u Eintracht Frankfurt. It-tim ta’ Lippi, dakinhar, kellu l-opportunità li jikkonferma l-qawwa tiegħu anki fl-Ewropa.
Fl-istorja Juventina nsibu tliet konfronti bejn Juventus u Bari li ntlagħbu fit-23 ta’ Frar (1983 – Coppa Italia; 1986, 1992 – Serie A). B’kollox kellna żewġ draws u rebħa fl-1986. Il-filmat li qed inwasslulkom hu tar-rebħa li kellna fl-1986.
Il-partita li qed inwasslulkom illum hi telfa bi skor kbir kontra Parma fl-1999, liema telfa wasslet biex Marcello Lippi jirriżenja minn kowċ ta’ Juventus u ftit jiem wara Ancelotti ħadlu postu.
Illum ‘Gobbo Maltese’ qed iwasslilna filmat ta’ partita mit-Tazza taċ-Champions li tmur lura għal-1968. Kien proprju fil-31 ta’ Jannar 1968 li Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Eintracht fil-Kwarti-Finali tal-ogħla kompetizzjoni Ewropea għall-klabbs.
‘Gobbo Maltese’ illum qed iwasslilna filmat ta’ partita bejn Juventus u Napoli li ntlagħbet bħal-lum 32 sena ilu, preċiżament fil-25 ta’ Jannar 1981.
Is-sena 1988 kienet intemmet b’Derby della Mole fejn Juventus għelbu lil Torino 1-0 b’gowl ta’ Altobelli.
Video ieħor miġjub lilkom minn ‘Gobbo Maltese’. Fit-22 ta’ Diċembru 1985 intlagħbet il-partita Juventus-Lecce. L-iskor finali kien ta’ 4-0 favur il-Bianconeri.
Illum il-Youtube Channel ta’ ‘ Gobbo Maltese’ se joħodna lura għas-sena 1971. Proprju fid-19 ta’ Diċembru 1971 kienet intlagħbet il-partita tal-kampjonat bejn Juventus u Sampdoria. L-iskor finali kien ta’ 3-1 favur il-Bianconeri.