Filmat mill-passat: L-aħħar gowl ta’ Gentile ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Disgħa u tletin sena ilu Claudio Gentile kien skorja l-aħħar gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. Kien proprju fis-7 ta’ Frar 1982 fil-partita Como-Juventus (skor finali 0-2) li Gentile skorja l-għaxar u l-aħħar gowl tiegħu ma’ Juventus. Komplessivament hu lagħab 415 darba għal Juventus. Forsi ma kienx jiskorja ħafna imma żgur kien difensur mill-aqwa li kien jagħraf jimmarka bl-aqwa mod possibbli …

Anniversarju: 14/5/2006 Juventus jirbħu l-iscudetto numru 29

MatthewJuve News Leave a Comment

Ħmistax-il sena ilu Juventus kienu rebħu l-iscudetto numru 29 fl-istorja tagħhom, wieħed minn dawk li ħadulna minħabba Calciopoli. B’rebħa ta’ 2-0 fuq Reggina (gowls ta’ Trezeguet u Del Piero) Juventus saru matematikament champions tal-Italja u fi tmiem il-partita tawna t-tazza tal-kampjonat li aħna meritatament irbaħna fil-grawnd, imma li s-Sur Guido Rossi għoġbu mbagħad jassenja lil Inter.