Posts

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Ottubru)

Ħarsa lura lejn Napoli-Juventus tal-1992. Kienet partita spettakolari li ntemmet b’rebħa ta’ 2-3 għat-tim Juventin immexxi minn Trapattoni. Il-gowls ta’ Juventus kellhom il-firma ta’ Moeller, Vialli u Roberto Baggio.

 

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Settembru)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum hu tifkira sabiħa għalina l-Maltin. Fil-fatt fit-30 ta’ Settembru 1987 Juventus kienu laqgħu f’darhom lit-tim ta’ Valletta fit-Tazza Uefa. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 3-0 bil-gowls ta’ Magrin, Vignola u Rush.

Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Ottubru)

Qabża lura lejn l-1978 meta, bħal-lum, Juventus kienu kisbu rebħa kbira fil-kampjonat fuq Verona. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 6-2.