Posts

Bħal-lum fil-passat (22 ta’ Ġunju)

Bħal-lum fl-1983 Juventus kienu rebħu l-Coppa Italia għas-seba’ darba fl-istorja tagħhom. Fil-Finali tat-22 ta’ Ġunju 1983, Juventus kienu għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 3-0. Il-gowls waslu minn Rossi u Platini (2). Ta’ min ifakkar li dik il-ħabta l-Finali tal-Coppa Italia kienet tintlagħab fuq żewġ partiti. Juventus kienu tilfu l-ewwel partita bl-iskor ta’ 2-0, imma mbagħad f’darhom irnexxilhom jegħlbu lil Verona bl-iskor ta’ 3-0 fil-ħin supplementari.

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Diċembru)

Filippo Inzaghi kien il-protagonist assolut tal-partita bejn Juventus u Salernitana li ntlagħbet bħal-lum fl-1998. Dakinhar hu kien skurja t-tliet gowls li bihom Juventus għelbu lill-avversarji.

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Novembru)

Bħal-lum fl-1974 Juventus laqgħu f’darhom lil Ajax għal partita mir-Rawnd tal-Aħħar Sittax tat-Tazza Uefa. Dakinhar il-Bianconeri rebħu 1-0 b’gowl ta’ Damiani.

Bħal-lum fil-passat (3 ta’ Novembru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1976 meta Juventus laqgħu f’darhom lil Manchester United f’partita tat-Tazza Uefa. Il-partita rat lil Bianconeri jegħlbu lir-Red Devild 3-0 bil-gowls ta’ Boninsegna (2) u Benetti.

Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Ottubru)

Illum se niħdukom lura għas-sena 1949 meta Juventus għelbu lil Triestina bl-iskor ta’ 3-0. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw il-gowls ta’ Martino u Hansen.

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Settembru)

Ħarsa lura lejn l-1983 meta fit-Tazza tat-Tazzi Juventus għelbu lil Lechia bl-iskor ta’ 2-3. Għal Juventus skurjaw Vignola, Tavola u Boniek.  

Bħal-lum mill-passat (20 ta’ Settembru)

Filmat tassew rari tat-Tazza taċ-Champions tal-1961 għas-sensiela tagħna li ġġib l-isem ta’ “Bħal-lum mill-passat”. Fl-20 ta’ Settembru 1961 Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Panathinaikos. Il-partita ntemmet 1-1. Il-gowl ta’ Juventus kellu l-firma ta’ Mora.

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Settembru)

Bi pjaċir inwasslulkom filmat ta’ partita li ntlagħbet bħal-lum 19 ta’ Settembru fl-1954. L-avversarji ta’ Juventus kienu Pro Patria. Il-Bianconeri rebħu 1-2, gowls ta’ Muccinelli u Oppezzo.

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Settembru)

Illum jaħbat it-62 anniversarju minn meta Juventus għelbu lil Fiorentina fil-Finali u kisbu r-raba’ Coppa Italia fl-istorja tagħhom. L-iskor tal-partita kien ta’ 3-2 bil-gowls Bianconeri jkollhom il-firma ta’ Charles (2) u awtogowl ta’ Orzan.

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Settembru)

Inkomplu bis-sensiela ta’ partiti mill-passat. Illum se nwasslulkom filmat ta’ partita tat-Tazza taċ-Champions tas-snin Tmenin. Fis-17 ta’ Settembru 1986 il-holders Juventus għelbu lil Valur bl-iskor ta’ 7-0. Fost l-oħrajn kellna hattrick ta’ Laudrup.