Posts

Audero jew Perin minflok Buffon

Fl-eventwalità li Buffon jitlaq lil Juventus, il-Bianconeri se jkollhom bżonn jiksbu gowler ieħor riserva għal Szczesny. La Gazzetta dello Sport qed issemmi lil Emil Audero u Mattia Perin bħala l-aktar probabbli li jimlew il-vojt li jħalli Buffon.

Matthew Scerri

Buffon se jitlaq lil Juventus?

Il-futur ta’ Gigi Buffon hu tassew inċert iktar minn qatt qabel u dis-sena verament kollox jista’ jseħħ. Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li hu se jirtira mill-futbol, kollox jindika però li Buffon għadu jħoss li fadallu x’jagħti bħala gowler u allura l-karriera jaf tkompli sena oħra. Spiss issemma li Juventus lesti jġeddulu l-kuntratt għal sena oħra. Skont La Gazzetta dello Sport, però, jaf jagħżel li jitlaq lil Juventus biex ikun jista’ jagħlaq il-karriera ma’ tim fejn ikollu postu garantit mal-ewwel ħdax. Qed jissemmew Napoli, Porto u Lille, biss konvinti li jekk verament Buffon ikun irid jitlaq lil Juventus, se jkun hemm ħafna iktar klabbs li juru interess fih.

Matthew Scerri

Buffon u Chiellini se jirtiraw?

Skont La Gazzetta dello Sport Buffon u Chiellini qed jikkunsidraw li jirtiraw fi tmiem dan l-istaġun. Chiellini spiss ikun imweġġa’ u jidher li fehem li għamlu żmienu. Buffon, mill-banda l-oħra, ma tantx jidher li jixtieq jirtira biss għall-ġid ta’ Juventus lest jikkunsidra li jżarma hu wkoll.

Matthew Scerri

1100 partita għal Buffon

Inter-Juventus kienet il-partita numru 1100 fil-karriera ta’ Buffon. Dawn il-partiti hu lagħabhom kollha mat-tim nazzjonali Taljan u mal-klabbs Juventus, Parma u PSG. Kollox jindika li diċ-ċifra se tkompli tikber hekk kif qed jissemma li Buffon se jkun offrut kuntratt għal sena oħra.

Matthew Scerri

Passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Buffon

Se jittieħdu passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Gigi Buffon li waqt Parma-Juventus tat-12 ta’ Diċembru li għadda nstema’ jgħid kliem mhux xieraq u saħanistra dagħa. L-Imħallef tal-Isport ma kienx ħa passi fil-konfront ta’ Buffon peress li r-referee ma kienx sema’ dad-diskors u allura ma niżżel xejn fir-rapport tiegħu. Il-Federazzjoni, madankollu, fetħet inkjesta u nġabru biżżejjed provi biex Buffon jitressaq quddiem il-Bord tad-Dixxiplina.

Matthew Scerri

Buffon taħt inkjesta

Il-Procura tal-FIGC fetħet inkjest dwar l-allegata dagħwa ta’ Buffon fil-grawnd waqt Parma-Juventus. L-Imħallef tal-Isports ma ħax passi kontra Buffon dil-ġimgħa minħabba li fir-rapport tar-referee ma hemm ebda indikazzjoni dwar dan l-episodju. Issa l-Procura Federale trid tistabilixxi jekk verament intqalitx did-dagħwa u eventwalment tara huwiex il-każ li jittieħdu passi dixxiplinari.

Matthew Scerri

Buffon jitkellem dwar il-futur tiegħu

F’intervista mogħtija lil L’Equipe, Gigi Buffon tkellem fost l-oħrajn dwar il-futur tiegħu. “Għadni ma nafx x’se jiġri, hux se nieqaf jew inkella nkompli għal sentejn-tlieta oħra. Kollox se jiddependi fuq kif inħossni fiżikament u l-motivazzjoni li jkolli.”

Matthew Scerri