Posts

L-aħħar jum tas-suq tat-trasferimenti!

Illejla fit-8.00 ta’ filgħaxija jasal fi tmiemu s-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. Illum, għaldaqstant, hi l-aħħar ġurnata li matulha l-klabbs tas-Serie A se jkunu jistgħu jixtru jew ibigħu plejers.

Matthew Scerri

Scamacca bil-kundizzjonijet ta’ Juventus biss

Scamacca jew xejn. Hekk jidher li hi l-pożizzjoni ta’ Juventus. Il-Bianconeri mhuma se jixtru lil ħadd għajr lil Scamacca. It-trasferiment, madankollu, se jkun jista’ jseħħ biss jekk Sassuolo jaċċettaw il-kundizzjonijiet ta’ Juventus, jiġifieri self bla ebda obbligu li jixtruh għal kollox fl-2022.

Matthew Scerri

Zirkzee sejjer ma’ Parma

Joshua Zirkzee mhux se jkun qed jingħaqad ma’ Juventus. Hu pprefera jiffirma għal Parma fejn se jkollu postu garantit mal-ewwel ħdax u allura se jkun qed jilgħab ferm iktar regolari milli kien se jagħmel ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Khedira se jiffirma għal Hertha Berlin

Sami Khedira wasal biex isellem lil Juventus. Skont Kicker illum hu kien il-Ġermanja għat-testijiet mediċi qabel jiffirma għal Hertha Berlin. Hu se jkun qed jingħata l-free release mingħand Juventus biex b’hekk il-Bianconeri jiffrankaw il-paga tiegħu minn issa sal-aħħar ta’ Ġunju.

Matthew Scerri

Mandragora misluf lil Torino

Torino jidhru li għamlu ħbieb ma’ Juventus fis-suq tat-trasferimenti. Fil-fatt apparti Rugani huma se jkunu qed jiksbu anki lil Rolando Mandragora. Illum kien hemm laqgħa ma’ Paratici u nstab ftehim għal Mandragora. Hu se jkun qed jingħaqad ma’ Torino b’self għal sena u nofs. Wara Torino jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox jekk jinkisbu riżultati stabbiliti minn issa.

Matthew Scerri

Rugani lejn self ma’ Torino

Daniele Rugani se jkun qed jirritorna fis-Serie A. Fis-sigħat li ġejjin hu se jkun qed jingħaqad ma’ Torino b’self għal sitt xhur. Torino għandhom diġà ftehim ma’ Juventus għal dat-trasferiment.

Matthew Scerri

Paratici jgħid tiegħu dwar il-mercato Juventin

Qabel Sampdoria-Juventus, Fabio Paratici tenna li Juventus m’għandhom ebda ħtieġa li jixtru plejers f’Jannar, għalkemm jekk tinqala’ opportunità tajba, il-Bianconeri mhux se joqogħdu lura. Paratici żied li Kulusevski wera li jista’ jilgħab quddiem, filwaqt li 7-10 ijiem oħra Dybala wkoll se jkun għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo.

Matthew Scerri

Khedira. Xejn ġdid!

Jannar wasal biex jispiċċa u Sami Khedira għadu ma’ Juventus. Minkejja l-ħafna paroli tiegħu, Khedira għadu ma sabx tim. Diversi siti u gazzetti qed jirrapurtaw li hu probabbli bejn llum u nhar it-Tnejn Khedira jilħaq ftehim ma’ Juventus sabiex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu u hekk ikun jista’ jsib klabb ġdid matul ix-xahar ta’ Frar wara li jkun intemm is-suq tat-trasferimenti. Ovvjament jekk ikun għadu marbut b’kuntratt ma’ Juventus, fi Frar ma jkunx jista’ jibda esperjenza ġdida ma’ tim ieħor.

Matthew Scerri

Piccoli se jibqa’ ma’ Spezia

Skont Calciomercato.com Roberto Piccoli mhux se jkun qed jingħaqad ma’ Juventus f’Jannar. Atalanta ma jridux li l-attakkant jitlaq lil Spezia (fejn qed jilgħab b’self) biex jissieħed ma’ tim ieħor. Barra minn hekk il-plejer bħalissa jinsab barra mill-azzjoni b’injury u kif nafu, Juventus qed ifittxu attakkant li jkun jista’ jilgħab minnufih.

Matthew Scerri

Zirkzee u Piccoli msemmija ma’ Juventus

Sky qed jirrapurtaw li finalment ir-raba’ attakkant ta’ Juventus jista’ jkun xi talent żagħżugħ. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Joshua Zirkzee ta’ Bayern Munich u Roberto Piccoli li attwalment jinsab b’self ma’ Spezia. Wieħed minn dawn it-tnejn jista’ jingħaqad ma’ Juventus jekk il-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ Scamacca dawk li huma bħalissa.

Matthew Scerri