Posts

Dzeko kisirha ma’ Fonseca

Skont Sportmediaset Edin Dzeko jinsab lest li jitlaq lil Roma immedjatament wara li kisirha mal-kowċ Fonseca. Bħal dejjem qed jissemmew Juventus u Inter bħala destinazzjonijiet għalih. Madankollu jidher li l-klabbs ma tantx huma interessati fih f’dal-mument minhabba kwisjtonijiet finanzjarji. Dzeko jiswa ftit wisq u barra minn hekk għandu paga għolja.

Matthew Scerri

Tolisso mill-ġdid imsemmi ma’ Juventus

Corentin Tolisso jista’ jkun li jitlaq lil Bayern Munich. Hu bħalissa m’għandux postu garantit mal-ewwel ħdax ta’ Bayern u, skont Bild, fis-sajf probabbli li jfittex klabb ġdid. Juventus qed jissemmew bħala destinazzjoni probabbli għalih. Hemm xnigħat li Juventus lesti jipproponu bdil bejnu u Douglas Costa, għalkemm fil-verità fil-jiem li għaddew kellna aħbarijiet li jsostnu li Bayern ftit li xejn kienu kuntenti bil-wirjiet ta’ Costa.  

Matthew Scerri

Lazio f’kuntatt ma’ Juventus għal Rugani

Skont Tuttosport Lazio għamlu kuntatt ma’ Juventus biex jitkixxfu dwar il-possibbiltà li jiksbu lil Daniele Rugani. Id-difensur Taljan bħalissa jinsab misluf lil Rennes u mhuwiex eskluż li jibdel il-klabb tiegħu fil-ġranet li ġejjin.

Matthew Scerri

Il-punt dwar it-trasferiment ta’ Scamacca

Wasalna fit-tielet ġimgħa ta’ Jannar u Pirlo għadu bla r-raba’ attakkant. Il-favorit nett jidher li għadu Gianluca Scamacca. Juventus u Sassuolo għadhom għaddejjin bin-negozjati. Sassuolo għadhom jinsistu li jridu li Juventus ikollhom l-obbligu li jixtru lil Scamacca għal kollox fl-2022, mentri Juventus qed jitolbu dritt mingħajr obbligu. Barra minn hekk il-klabbs qed jitkellmu anki dwar plejer li jista’ jingħaqad ma’ Sassuolo f’dal-ftehim. Għall-ewwel Sassuolo riedu lil Dragusin, imma issa jidher li dawru ħarsithom fuq Fagioli.

Matthew Scerri

Wolves b’offerta għal Douglas Costa

Fil-jiem li għaddew kien hemm rapporti li Bayern Munich kienu lesti jtemmu s-self ta’ Douglas Costa u li l-Brażiljan kien se jirritorna ma’ Juventus immedjatament. Kemm hu veru ma nafux, biss issa ħarġet l-aħbar li Wolves offrew 15-il miljun Ewro għal Costa.

Matthew Scerri

Leipzig interessati f’Dragusin

Il-kuntratt ta’ Radu Dragusin jasal fi tmiemu f’Ġunju li ġej u għalkemm Juventus ilhom għaddejjin bin-negozjati mal-aġent tiegħu, s’issa għad m’hemmx il-firma tal-plejer fuq il-kuntratt il-ġdid. Jidher li RB Leipzig qed isegwu mill-qrib dis-sitwazzjoni u allegatament ressqu proposta lill-plejer biex jiffirma magħhom. F’dan l-istadju wieħed irid jara x’se tkun id-deċiżjoni ta’ Dragusin.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Milik hu plejer ta’ O.Marseille

Arkadiusz Milik hu uffiċjalment plejer ta’ O.Marseille. Napoli ħabbru t-trasferiment tal-attakkant Pollakk b’self mal-klabb Franċiż sa Ġunju 2022. Wara did-data, O.Marseille li jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox.

Matthew Scerri

Reynolds sejjer ma’ Roma!

B’sorpriża kbira Bryan Reynolds jidher li se jkun qed jiffirma għal Roma wara li kien qed ikun irrapurtat li kellu ftehim ma’ Juventus. Skont Calciomercato.com, fis-sigħat li għaddew il-President ta’ Roma, Friedkin mexxa personalment in-negozjati sabiex Reynolds jingħaqad mal-klabb tiegħu. Jidher li Reynolds ma tantx kien kuntent bil-prospettiva li jkollu jqatta’ sitt xhur self ma’ Benevento u allura finalment ipprefera lil Roma.

Matthew Scerri

Genoa qed ifittxu sostitut għal Scamacca

Skont Sky, Genoa kellhom kuntatt ma’ Atalanta għall-attakkant Lammers. Jekk huma jirnexxilhom jiksbuh hu probabbli li Genoa jagħtu l-kunsens tagħhom biex Scamacca jkun jista’ jitlaqhom. Nafu li Juventus iridu b’saħħa lil Scamacca u qed jinnegozjaw it-trasferiment tiegħu ma’ Sassuolo li fis-sajf kienu silfuh lil Genoa.

Matthew Scerri

Locatelli fil-mira ta’ Manchester City

Manuel Locatelli jinsab fil-mira ta’ Manchester City.  Fil-jiem li għaddew it-tim ta’ Guardiola għamel kuntatt ma’ Sassuolo bil-għan li jakkwistat Locatelli. Sassuolo, però, mhux se jitilquh minn idejhom qabel is-sajf. Skotnt xi siti Locatelli ma jridx jingħaqad ma’ Sassuolo peress li ta l-kelma tiegħu lil Juventus li fis-sajf se jingħaqad magħhom. Il-konkorrenza ta’ Manchester City tista’ twassal biex jogħla l-prezz ta’ Locatelli. Infakkru li fis-sajf li għadda Sassuolo kienu qed jitolbu 40 miljun Ewro għalih.

Matthew Scerri