Juventus juru interess f’Kang-In Lee

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli t-tfittxija ta’ talenti żgħażagħ min-naħa ta’ Juventus. Allegatament Paratici u n-nies tiegħu bħalissa qed isegwu mill-qrib lil Kang-In Lee ta’ Valencia. Il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2022 u x’aktarx li das-sajf hu se jkun qed jingħaqad ma’ klabb ieħor. Juventus lesti jixtruh bi ftehim ma’ klabb ieħor fejn Lee jkun jista’ jilgħab għal sena jew tnejn sakemm joħroġ il-potenzjal kollu tiegħu. …

Juventus iridu lil Emerson Palmieri b’self

MatthewJuve News 1 Comment

Mill-Ingilterra qed tasal l-aħbar li Juventus talbu lil Emerson Palmieri b’self. Il-full-back Taljan jixtieq jitlaq lil Chelsea biex ikun jista’ jilgħab b’mod regolari u hekk ikollu ċans ikbar li jintgħażel mat-tim nazzjonali Taljan għall-Kampjonat Ewropew. Matthew Scerri

Paratici jrid lil Rovella ma’ Juventus akkost ta’ kollox

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus huma interessati li jiksbu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Genoa, Nicolò Rovella. Paratici jridu b’saħħa u offrilu kuntratt hekk kif dis-sena jintemmlu l-kuntratt li għandu ma’ Genoa. Skont Calciomercato.com, Juventus tant iriduh u lesti jiftħu negozjati ma’ Genoa f’każ li Rovella jagħżel li jiffirma kuntratt ġdid ta’ Preziosi. Matthew Scerri

Malen u Gravenberch fil-mira ta’ Juventus u Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Barcellona mhux se jkunu biss avversarji fil-grawnd illejla. It-tnejn li huma jidhru li anki fis-suq tat-trasferimenti qed imorru għall-istess plejers biex isaħħu lit-tim tagħhom. Fl-Olanda, pereżempju, Juventus u Barcellona qed isegwu b’interess qawwi lil Donyell Malen ta’ PSV u Ryan Gravenberch ta’ Ajax. Iż-żewġ talenti jidhru lesti biex jingħaqdu ma’ tim ta’ livell għoli u għaldaqstant kemm Juventus …

Lovato jimpressjona lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Matteo Lovato kellu wirja tajba ferm ilbieraħ kontra Juventus u jidher li Paratici u n-nies tiegħu jinsabu determinati li jkomplu jsegwuh bil-għan li forsi jiffirmawh is-sena d-dieħla. Hu għad għandu 20 sena u hu l-leader tad-difiża tassew qawwija li Verona qed ikollhom f’din l-ewwel parti tal-istaġun. Il-valur tiegħu mistenni jogħla sew hekk kif diversi top clubs tefgħu għajnejhom fuqu. Matthew …

Inter interessati ferm f’Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ftehim bejn Juventus u Paulo Dybala għall-kuntratt il-ġdid tiegħu għadu ma nstabx. It-taħdidiet ilhom għaddejjin iktar minn sena u l-ispekulazzjonijiet mhuma jieqfu xejn. Pubblikament Paratici dejjem stqarr li Juventus iridu jibnu lit-tim tagħhom madwar Dybala anki fis-snin li ġejjin. Anki Pirlo tkellem f’das-sens. Madankollu l-media ma tantx qed temminhom. Kif għidna hemm ħafna għidut dwar il-futur tiegħu. Qed jingħad pereżempju …

Perez lest ikeċċi lil Marcelo

MatthewJuve News Leave a Comment

Florentino Perez jidher li jinsab imxebba’ b’ċerta plejers li hemm fit-tim tiegħu. Fost dawn hemm Marcelo. Don Balon qed jirrapurtaw li wara t-telfa kontra Shakhtar, Perez ħadha ma’ Marcelo u qallu li f’Jannar se jbigħu. Bħal dejjem qed jisemmew Juventus bħala d-destinazzjoni l-aktar probabbli għalih peress li Marcelo hu ħabib kbir ta’ Ronaldo. Matthew Scerri