Posts

Interess Spanjol f’De Sciglio

Villareal jidher li kellhom kuntatti ma’ Juventus għal Mattia De Sciglio. Il-klabb Spanjol jinsab interessat li jikseb lill-full-back Taljan u kien għalkemm li għamlu kuntatt mal-Bianconeri. Juventus lesti jneħħu lil De Sciglio anki għax bħalissa hemm ir-riskju li hu jkollu jibqa’ barra mil-lista tal-plejers li Juventus se jgħaddu lill-Uefa għall-fażi tal-gruppi taċ-Champions League.

Matthew Scerri

Xejn ġdid dwar Kean

Għad m’hemmx ftehim bejn Juventus u Everton għal Moise Kean. Juventus s’issa dejjem talbuh b’self jew bi tpartit. Everton ma jridux jafu b’dat-tip ta’ ftehim u qed ikomplu jinsistu li jridu biss bejgħ għal Kean.

Matthew Scerri

Imsemmi anki Giroud ma’ Juventus

Gianluca Di Marzio qed isostni li hemm anki Olivier Giroud fost l-attakkanti li jistgħu jingħaqdu ma’ Juventus das-sajf. Allegatament Juventus għandhom ftehim ma’ Giroud għal kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 4.5 miljun Ewro fis-sena. Chelsea qed jitolbu 5 miljuni għalih. Issa wieħed irid jifhem jekk Giroud huwiex qed jiġi kkunsidrat bħala riserva għal Suarez jew inkella huwiex l-attakkant li Juventus se jixtru f’każ li jfalli l-akkwist ta’ Suarez.

Matthew Scerri

Cavani mistenni jiffirma għal Atletico Madrid

Edison Cavani jinsab pass ‘il bogħod milli jsir plejer ta’ Atletico Madrid. Skont Sky fl-aħħar sigħat il-klabb Spanjol kellu diskussjonijiet intensi ma’ Cavani u l-partijiet resqu tassew qrib ftehim. Probabbli li fil-jiem li ġejjin għandha tasal il-konferma dwar dan kollu. Jekk verament Atletico Madrid jiffirmaw lil Cavani, allura jkun ifisser li Juventus ma jkunx fadlilhom avversarji fl-Ewropa għall-akkwist ta’ Suarez.

Matthew Scerri

Juventus jistgħu jirreġistraw lil Suarez anki wara l-5 ta’ Ottubru

Mil-lat tekniku, Juventus se jkunu jistgħu jirreġistraw lil Suarez wara l-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq fl-Ewropa s-suq tat-trasferiment. Dan jista’ jsir biss jekk Saurez ikun xolja l-kuntratt ma’ Barcellona qabel did-data u allura jkun plejer fuq free-release. Id-data tal-5 ta’ Ottubru tgħodd biss għal dawk il-plejers li jkunu marbutin b’kuntratt ma’ klabb, filwaqt li plejers bla kuntratt ikunu jistgħu jingħaqdu ma’ klabb fi kwalunkwe mument tal-istaġun. Fi kliem ieħor jekk il-passasport idum ma joħroġ, Juventus xorta waħda għandhom il-possibbiltà li jirreġistraw lil Suarez. Mhux magħruf imma jekk it-trasferiment iseħħ wara l-5 ta’ Ottubru u allura Juventus ikunu laħqu taw il-lista tal-plejers lill-Uefa, ikunx possibbli għal Suarez li jilgħab għal Juventus fil-gruppi taċ-Champions League.

Matthew Scerri

PSG mhux se jixtru lil De Sciglio wara li kisbu lil Florenzi

Nistgħu ninsew li PSG se jixtru lil Mattia De Sciglio. Fil-fatt għadu kif tħabbar li PSG kisbu lil Florenzi mingħand Roma u dan awtomatikament jeskludi l-possibbiltà li huma jixtru lil De Sciglio wkoll peress li jilagħbu fl-istess pożizzjoni.

Matthew Scerri

Juventus offrew 50 miljun għal Morata

Skont Marca fis-sigħat li għaddew Juventus ressqu offerta ta’ 50 miljun għal Alvaro Morata. L-offerta ma ġietx milqugħa minn Atletico Madrid peress li huma xtrawh iktar minn hekk mingħand Chelsea. Barra minn hekk Atletico Madrid infurmaw lil Juventus li Morata se jitħalla jitlaq biss jekk titħallas il-penali ta’ 150 miljun Ewro li stipulata fil-kuntratt tiegħu biex ikun jista’ jittermina l-kuntratt qabel iż-żmien.

Matthew Scerri

Dzeko. Xejn ġdid s’issa

M’hemmx żviluppi dwar Dzeko. Il-Bożniaku jinsab miftiehem ma’ Juventus, biss Roma għalissa ma jridux jitilquh minn idejhom hekk kif ma jistgħux isibu ftehim ma’ Napoli għal Milik. Sky qed jirrapurtaw li fl-eventwalità li Dzeko jitħalla jingħaqad ma’ Juventus, il-klabb tal-kapitali jrid li jkun Dzeko nnifsu li jispjega għalfejn mar ma’ Juventus. B’dal-mod Roma jridu jżommu kwieti lis-supporters tagħhom li qatt ma jieħdu pjaċir li jkun hemm trasferimenti ta’ plejers tat-tim tagħhom ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Suarez għandu l-eżami tat-Taljan il-ġimgħa d-dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla Luis Suarez se jkun qed jagħmel l-eżami tal-lingwa Taljana wara li dil-ġimgħa ressaq it-talba tiegħu għal passaport Taljan. Dan l-eżami jħoll u jorbot jinħariġlux il-passaport. F’dan l-istadju għadu mhuwiex ċert jekk il-passaport huwiex se jilħaq ikun inħareġ sal-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq is-suq tat-trasferimenti.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Olivieri misluf lil Empoli

Empoli ħabbru li kisbu b’self mingħand Juventus lil Marco Olivieri. L-attakkant Taljan, li fl-aħħar sena lagħab ma’ Juventus Unde 23, hu prodott tal-Youths ta’ Empoli minn fejn kien telaq tliet snin ilu biex jingħaqad mal-Bianconeri.

Matthew Scerri