Posts

Ħu Higuain jinsab Turin biex isib ftehim ma’ Juventus

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Nicolas Higuain wasal Turin u skont Calciomercato.com f’dawn il-jiem hu kellu u se jkollu numru ta’ laqgħat ma’ Juventus. L-iskop hu li jinstab ftehim definittiv sabiex jintemm il-kuntratt ta’ Gonzalo Higuain. L-intenzjoni tal-partijiet hu li jinstab ftehim u għaldaqstant jaf ikollna żviluppi ma jdumx.

Matthew Scerri

Bellerin. Arsenal miftehma ma’ PSG

Hector Bellerin, li tant issemma ma’ Juventus fl-aħħar żmien, jidher li se jkun qed jingħaqad ma’ PSG. Fil-fatt hemm rapporti fil-media Ingliża li PSG għandhom ftehim ma’ Arsenal. Tant hu hekk li l-Gunners irrifjutaw offerta tajba għal Bellerin mingħand Bayer Leverkusen.

Matthew Scerri

Suarez qed jitlob inqas flus lil Barcellona

Skont La Gazzetta dello Sport, Luis Suarez niżel mis-somma li kien qed jitlob fil-bidu lil Barcellona biex itemm il-kuntratt tiegħu. Għall-ewwel hu kien qed jitlob l-ekwivalenti ta’ sentejn paga, jigifieri madwar 25 miljun Ewro. Issa qed jitlobhom 14-il miljun. Din hi mossa min-naħa tiegħu biex jinstab il-ftehim malajr kemm jista’ jkun ma’ Barcellona ħalli wara jkun jista’ jingħaqad mat-tim li miegħu se jilgħab dis-sena.

Matthew Scerri

Suarez għamel l-ewwel pass

Kien Luis Suarez stess li kkuntattja lil Juventus fil-jiem li għaddew skont La Gazzetta dello Sport u dan wassal biex Juventus dawru l-interess tagħhom fuq l-attakkant Urugwajan. Suarez għamel kuntatt bit-telefon ma’ Nedved biex jgħarrfu li jinsab interessat li jingħaqad ma’ Juventus. It-telefonat ħalliet effett pożittiv u kien għalhekk li Juventus qatgħuha li jagħmlu minn kollox biex jiffirmawh.

Matthew Scerri

Kumbulla. Juventus għadhom biċ-ċans li jixtruh

Marash Kumbulla għadu fis-suq hekk kif Inter iridu qabelxejn ibigħu biex ikunu jistgħu jixtru (kliem Ausilio stess), filwaqt li Lazio offrew biss 16-il miljun Ewro flimkien ma’ André Anderson. L-offerta ta’ Lazio mhix togħġob lil Verona. Skont La Gazzetta dello Sport Juventus jista’ jkollhom mill-ġdid iċ-ċans li jiksbu lil Kumbulla. Nafu li Juventus iridu full-back mal-linja l-leminija imma l-ewwel jeħtiġilhom ibigħu lil De Sciglio u/jew Pellegrini.

Matthew Scerri

Għada Suarez mistenni jitlob il-passaport Taljan

Il-programm Polideportivo, li jixxandar fl-Urugwaj, ta l-aħbar li għada Suarez se jmur fil-Konsolat Taljan f’Barcellona sabiex jitlob il-passaport Taljan. Se jsirlu eżami żgħir kif normalment isir f’dal-każijiet. Wara li jikseb il-passaport, probabbli li jkollna indikazzjonijiet meta t-trasferiment se jkun jista’ jseħħ realment.

Matthew Scerri

Khedira ma jridx jaf

Sami Khedira qed ikompli jwebbes rasu u ma jridx jaf li jaċċetta ftehim ma’ Juventus biex ixolji l-kuntratt. Attwalment hu m’għandux offerti mingħand klabbs oħra u allura qed jibża’ li se jkollu jibqa’ wieqaf jew inkella ma jkunx iktar f’tim ta’ livell għoli. Jidher ukoll li Khedira jinsab konvint li jista’ jirbaħ il-fiduċja ta’ Pirlo. Il-problema tibqa’ dejjem l-ammont ta’ injuries li Khedira jkollu kull sena u li jħalluh barra mill-azzjoni għal parti kbira mill-istaġun.

Matthew Scerri

Suarez-Juventus. Kollox miftiehem!

 Fi Spanja qed jagħtu bħala ċert it-trasferiment ta’ Luis Suarez ma’ Juventus. Skont Marca l-ġimgħa d-dieħla se tkun il-waħda deċiżiva biex iseħħ dat-trasferiment. Il-Mundo Deportivo, imbagħad, qed tagħti d-dettalji tal-ftehim: kuntratt ta’ 3 snin b’paga ta’ 10 miljuni fis-sena. Barcellona se jingħataw somma żgħira flimkien ma’ bonuses (ftehim simili għat-trasferiment ta’ Rakitic ma’ Sevilla). L-avukati ta’ Suarez jinsabu għaddejjin bit-taħdidiet ma’ Barcellona u, kif għidna, f’temp ta’ ftit jiem jaf ikollna l-aħbar li ilna tant nistennew.

Matthew Scerri

Brescia interessati f’Frabotta

Brescia kkuntattjaw lil Juventus u talbuhom lil Gianluca Frabotta skont Tuttosport. Juventus. Min-naħa tagħhom lesti jikkunsidraw offerti għal self, biss mhumiex disposti jbigħuh peress li jemmnu fih u ma jridux jitilquh minn idejhom.

Matthew Scerri

Hateboer mhuwiex prijorità għal Juventus

Madwar ġimagħtejn ilu Hateboer kien issemma b’saħħa ma’ Juventus. L-aħbarijiet issa f’das-sens huma li Hateboer kien ġie propost lil Juventus, imma l-Bianconeri għandhom prijoritajiet oħra. S’issa Juventus għandhom ma sabux bejgħ għal De Sciglio u Pellegrini. Għaldaqstant bħalissa m’għandhomx bżonn full-back ieħor, apparti li Atalanta dejjem jitolbu prezz għoli għall-plejers tagħhom.

Matthew Scerri