Posts

Suarez u Vidal jittrenjaw apparti

Skont ESPN Arturo Vidal u Luis Suarez ingħataw istruzzjonijiet biex jittrenjaw apparti. Koeman ma jridx jaf bihom u din probabbli hi mossa biex it-tnejn li huma jifhmu li wasal iż-żmien li jitilqu. Minn dak li nafu l-plejers lesti jitilqu u qed jinnegozjaw ftehim ma’ Barcellona biex ixolju l-kuntratt tagħhom qabel iż-żmien.

Matthew Scerri

Higuain ma lagħabx dalgħodu kontra l-Under 23?

Dalgħodu Juventus lagħbu partita ta’ ħbiberija kontra t-tim Under 23 bi preparazzjoni għall-impenji tal-kampjonat. Hemm rapporti li x’aktarx dalgħodu Higuain ma lagħabx minkejja li m’għandux injury. Jekk konfermata, din tista’ tkun indikazzjoni li Higuain jinsab qrib li jitlaq lil Juventus. Li hu ċert hu li Pirlo stess iddikjara li Higuain ma jiffurmax parti mill-pjanijiet tiegħu.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Romero misluf lil Atalanta

Juventus ħabbru li silfu lil Romero lit-tim ta’ Atalanta għal perjodu ta’ sentejn. Atalanta se jkunu qed iħallsu 2 miljuni għal das-self, liema somma tista’ tiżdied b’2 miljuni oħra f’bonuses. Il-klabb ta’ Atalanta għandu anki d-dritt li jixtrih għal kollox għas-somma ta’ 16-il miljun Ewro.

Matthew Scerri

Pogba għadu jrid jirritorna ma’ Juventus

Fuq l-ewwel paġna tal-ħarġa tal-lum ta’ Tuttosport naqraw li Pogba għadu bl-intenzjoni li jirritorna ma’ Juventus. Hu għadu ma ffirmax kuntratt ġdid ma’ Manchester United u qed jikkunsidra li jmur lura mal-Bianconeri das-sajf stess. Kif nafu, imma, Juventus ma jistgħux jixtru jekk qabel ma jbigħux. Dan għallinqas sa Jannar meta, skont Tuttosport, l-affarijiet jaf jinbidlu.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Perin misluf lil Genoa

Juventus ħabbru li Mattia Perin reġa’ ngħaqad b’self ma’ Genoa għal sena. Fl-istqarrija m’hemm l-ebda referenza għal xi tip ta’ dritt li Genoa jixtruh għal kollox fis-sajf 2021.

Matthew Scerri

Juventus għamlu kuntatt ma’ Cavani

Sky qed jirrapurtaw li fl-aħħar ħinijiet Juventus għamlu mill-ġdid kuntatt ma’ Edison Cavani li attwalment jinsab bla klabb. Probabbli li Juventus qed jibżgħu li jista’ jkun hemm intoppi li jwasslu biex Suarez ma jkunx jista’ jitlaq lil Barcellona. Għaldaqstant bħalissa Juventus qed isegwu tliet attakkanti: Suarez, Cavani u Dzeko.

Matthew Scerri

Dzeko: “Juve? Naraw wara l-partiti tal-Bożnija”

Fi tmiem Italja-Bożnija, il-ġurnalisti saqsew lil Dzeko dwar il-possibbiltà li jingħaqad ma’ Juventus. Hu ma riedx jikkummenta: “Bħalissa mhuwiex il-waqt li nitkellmu fuq trasferimenti. Irrid nirrispetta dal-partiti u lit-tim nazzjonali. Wara naraw.”

Matthew Scerri

Perin reġa’ mar lura ma’ Genoa

Plejer ieħor li sellem temporanjament lil Juventus illum hu Mattia Perin. Kmieni waranofsinhar hu wasal fil-faċilitajiet sportivi ta’ Pegli, li huma l-headquarters ta’ Genoa. Hu ffirma kuntratt magħhom. Tajjeb infakkru li Perin ingħaqad għat-tieni sena ma’ Genoa b’self.

Matthew Scerri

Romero beda l-avventura tiegħu ma’ Atalanta

Cristian Romero llum kien Zigonia, il-headquarters ta’ Atalanta sabiex jibda l-avventura tiegħu magħhom. Qabel, aktar kmieni matul il-jum, Romero ffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus qabel ingħaqad b’self ma’ Atalanta.

Matthew Scerri

Zenit jiċħdu li għandhom ftehim ma’ Khedira

Id-Direttur Ġenerali ta’ Zenit, Alexander Medvedev ċaħad b’mod assolut li l-klabb Russu jinsab f’taħdidiet ma’ Khedira. Skontu m’hemmx xejn vera u dawn huma biss qlajjiet li ġejjin mill-aġenti tal-plejer.

Matthew Scerri