Chiellini fuq il-passi ta’ Dino Zoff

MatthewJuve News Leave a Comment

39 sena ilu Dino Zoff għolla t-Tazza tad-Dinja bħala captain tal-Italja wara li l-Azzurri għelbu lill-Ġermanja 3-1 fil-Finali. Illejla Giorgio Chiellini għandu l-opportunità li jgħollu t-tazza tal-Euro2020 bħala captain tal-Italja, dejjem jekk it-Taljani jirnexxilhom jirbħu lill-Ingilterra. Interessanti li llejla Chiellini se jkun qed jilgħab għall-112-il darba fil-flokk tal-Italja u se jilħaq proprju lil Dino Zoff fil-klassifika tal-plejers li lagħbu l-aktar …

Chiellini. Daqshekk plejer ta’ Juventus?

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun irrapurtat minn diversi siti u gazzetti li Juventus mhux beħsiebhom joffru kuntratt ġdid lil Giorgio Chiellini. Il-kuntratt tiegħu jasal fi tmiemu f’Ġunju u għaldaqstant Chiellini se jkun qed iħalli lil Juventus wara diversi snin. Qed jissemma li Chiellini jista’ jmur itemm il-karriera l-Amerka, għalkemm mhux eskluż li Juventus joffrulu xogħol fi ħdan id-diriġenza. Matthew Scerri

Chiellini tkellem ma’ Agnelli dwar il-futur tiegħu

MatthewJuve News Leave a Comment

Giorgio Chiellini kellu laqgħa personali ma’ Andrea Agnelli fejn, skont La Gazzetta dello Sport, tkellmu dwar il-futur tad-difensur Taljan ma’ Juventus. Jidher li s’issa Chiellini għadu ma ħa ebda deċiżjoni dwar x’se jkun qed jagħmel fl-istaġun li ġej. Qed jissemma ħafna li hu jista’ jmur itemm il-karriera fl-MLS Amerikana. Mhux eskluż, però, li Chiellini jirtira u jibda jaħdem għal Juventus …

Chiellini: “Qatt ma tim ieħor fl-Italja jew fl-Ewropa”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn Sky, Giorgio Chiellini stqarr dan li ġej: “Waqt il-waqfa kien qisu t-tiġdid tal-kuntratti tiegħi u ta’ Buffon kienet problema, iżda mhuwiex hekk. Aħna la qatt konna u la qatt m’aħna se nkunu problema.” Chiellini eskluda l-possibbiltà li jmur jilgħab ma’ tim ieħor: “Bir-rispett kollu m’jien qatt se nilgħab għal tim ieħor fl-Italja jew fl-Ewropa. Hu biss fantamercato. Mhix …

Chiellini r-raba’ plejer li lagħab l-aktar għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Kontra Napoli Giorgio Chiellini lagħab il-partita numru 528 fil-karriera tiegħu bil-flokk ta’ Juventus f’partiti uffiċjali. Hu laħaq lil Furino fir-raba’ post tal-klassifika tal-plejers li lagħbu l-aktar għal Juventus f’kull żmien. It-tliet plejers  li lagħbu iktar minn Chiellini u Furino huma: Del Piero (705), Buffon (682) u Scirea (552). Matthew Scerri

L-aġent isostni li Chiellini ma jridx jirtira għalissa

MatthewJuve News Leave a Comment

“S’issa mhemmx ħjiel li se jirtira.” L-aġent Davide Lippi kien ċar fi kliemu dwar il-futur ta’ Giorgio Chiellini. Skontu s’issa m’hemmx taħdidiet ma’ Juventus sabiex Chiellini jiffirma kuntratt ġdid mal-Bianconeri. Lippi sostna li hu diffiċli li wieħed jimmaġina lil Chiellini bi flokk ieħor, biss żied li jekk plejer professjonali jħoss li għandu jkompli jilgħab, m’għandux għalfejn ma jikkunsidrax offerti oħra. …

Chiellini lura fil-Continassa

MatthewJuve News Leave a Comment

Giorgio Chiellini, Domenico Berardi u Francesco Caputo mhux se jingħaqdu mal-bqija ta’ sħabhom tat-tim nazzjonali Taljan għall-partita t’għada kontra l-Bulgarija. Huma nbagħtu lura mal-klabbs rispettivi tagħhom. Berardi u Caputo ma jinsabux f’sikkithom u ma jistgħux jilagħbu. Chiellini jidher li m’għandu ebda injury, biss intbagħat lura bi qbil miegħu peress li ma jiflaħx għal ħafna impenji f’xulxin. Matthew Scerri