Posts

Żvelat il-flokk ‘away’ ta’ Juventus

Illum ġie żvelat it-tieni flokk ta’ Juventus għall-istaġun 2021/22. Il-flokk ‘away’ hu iswed b’daqqiet chrome u bit-tliet strixxi tal-Adidas ta’ kulur oranġjo fuq l-ispallejn. Il-flokk ġie ddisinjat apposta b’rabta mad-dinja tal-mużika elettronika li minn Turin inxterdet mad-dinja kollha.

Matthew Scerri

Chiesa mistenni jibda mill-ewwel minuta kontra Milan

Federico Chiesa jidher li rkupra għal kollox mill-injury li se jkellu u se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Milan. Pirlo għandu bżonnu fil-big match ta’ nhar il-Ħadd li jaf ikun deċiżiv biex Juventus jiksbu post fiċ-Champions League għall-istaġun li jmiss.

Matthew Scerri

Chiesa rkupra mill-injury!

Federico Chiesa rkupra mill-injury tiegħu u se jkun qed jirritorna mill-ewwel minuta għal Juventus fi tmiem il-ġimgħa kontra Udinese. Pirlo u Juventus għandhom verament bżonnu hekk kif il-mixja għall-ksib ta’ post fiċ-Champions League tidher tassew ikkumplikata b’ħames timijiet jiġġieldu għal tliet postijiet.

Matthew Scerri

L-injury ta’ Chiesa mhuwiex gravi

L-injury ta’ Federico Chiesa ma jidhrix li hu wieħed gravi. Dalgħodu sarulu xi testijiet u qed ikun irrapurtat li hu se jitlef biss il-partita kontra Parma.

Matthew Scerri

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Genoa

Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Genoa. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 31% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’15% u minn Kulusevski b’14% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Napoli

Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u SNapoli. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 56% tal-voti, segwit minn Dybala b’19% u minn Buffon b’13% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Torino-Juventus

Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Torino u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 74% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’8% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Benevento

Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Benevento. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 28% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’21% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Chiesa: “Kellna nirbħuha”

https://www.youtube.com/watch?v=IQgS2FndDgo