Posts

Alex Sandro pożittiv għall-Covid-19

Alex Sandro ttestja pożittiv għall-Covid-19 u beda l-kwarantina tiegħu. Hu bħalissa jinsab impenjat mat-tim nazzjonali Brażiljan. S’issa mhuwiex magħruf jekk huwiex se jkun qed jivvjaġġa lejn Turin b’titjira speċjali sabiex ikompli l-kwarantina tiegħu f’Turin.

Matthew Scerri

Mattia Perin pożittiv għall-Covid-19

Mattia Perin ittestja pożittiv għall-Covid-19. L-aħbar ingħatat direttament minn Juventus. Fl-istqarrija naqraw li l-plejer beda l-kwarantina u għaldaqstant jinsab iżolat mill-bqija ta’ sħabu.

Matthew Scerri

Torino-Sassuolo mhux se tintlagħab minħabba ammont ta’ każijiet ta’ Covid-19

Torino-Sassuolo mhux se tintlagħab għada minħabba ammont sostanzjali ta’ każijiet Covid-19 fi ħdan it-tim ta’ Torino. Id-deċiżjoni ttieħdet mil-Lega wara stqarrija maħruġa mill-ASL-Torino1. Torino-Sassuolo se tintlagħab fis-17 ta’ Marzu fit-3.00 ta’ waranofsinhar.

Matthew Scerri

Alex Sandro fieq!

Alex Sandro wkoll fieq mill-Covid-19. Hu ttestja darbtejn negattiv għall-iswab tests li sarulu u skont il-protokoll tal-FIG jista’ jirritorna għall-azzjoni immedjatament. B’hekk fiequ t-tliet iplejers li kellhom il-Covid fl-aħħar ġimgħat. L-aħbar tal-fejqan ta’ Alex Sandro waslet proprju fil-jum li fih jagħlaq sninu.

Matthew Scerri