Posts

Erbgħa lura għal Juventus kontra Inter

Nhar il-Ħadd kontra Inter, Juventus se jkollhom lura erba’ plejers li. A lagħbu kontra PSG. Danilo dieħel lura wara li kien sospiż jumejn ilu. Di Maria, Vlahovic u Bremer, mill-banda l-oħra, irkupraw mill-injuries tagħhom u se jkunu jistgħu jilagħbu fid-Derby d’Italia.

Matthew Scerri

X’se jiġri issa li hemm neqsin Cuadrado u Danilo?

Se jkun interessanti ħafna li naraw b’liema soluzzjoni se joħroġ Pirlo hekk kif għall-partita kontra Verona mhux se jkollu la lil Cuadrado u wisq inqas lil Danilo. M’hemmx iktar plejers li jistgħu jilagħbu f’dik il-pożizzjoni għajr Ragusin. Xi siti mhux jeskludu li Pirlo jista’ jagħżel li jibdel is-sistema ta’ logħob għal 3-5-2, b’Demiral, De Ligt u Alex Sandro fuq wara. Jidhru inqas realistiċi l-ideat li Alex Sandro jista’ jilgħab fuq il-lemin jew li McKennie jintuża bħala full-back mal-linja l-leminija.

Matthew Scerri

Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus

L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed iħalli r-riżultati mixtieqa. De Ligt hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa difensuri tad-dinja. Demiral ukoll hu blata fuq wara għalkemm irid jitgħallem joqgħod attent li jaqla’ inqas karti sofor u ħomor. Danilo, imbagħadm, qed ikollu staġun mill-aqwa wara li fis-sena li għaddiet ddeluda f’diversi okkażjonijiet. Illum, iktar min qatt qabel, Juventus jistgħu jserrħu rashom li kapaċi jgħaddu mingħajr il-BBBC!

Matthew Scerri

Danilo hu l-aktar plejer li lagħab s’issa

Danilo hu l-uniku plejer li beda dejjem mill-ewwel minuta fkull partita uffiċjali ta’ Juventus f’dan l-istaġun. Hu jidher plejer kompletament mibdul mill-istaġun li għadda. Tant sar affidabbli li Pirlo s’issa dejjem riedu fil-grawnd prattikament f’kull minuta li lagħbu Juventus dis-sena. Fil-fatt l-unika darba li nbidel kienet illum meta fis-86 minuta ħalla l-grawnd biex floku daħal Alex Sandro.

Matthew Scerri

Fadal biss Demiral u Danilo fuq wara

Juventus jaf ikollhom emerġenza fid-difiża kontra Barcellona. Illum suppost inkunu nafu x’għandu Bonucci. L-impressjoni hi li hu mhux se jkun jista’ jilgħab nhatr l-Erbgħa. L-istess jgħodd għal Chiellini, filwaqt li De Ligt għadu ma ngħatax il-go-ahead biex jilgħab mill-Professur li operah. Fi kliem ieħor Pirlo fadallu biss lil Demiral u Danilo li kapaċi jilagħbu bħala difensuri ċentrali. F’dan l-istadju rridu nifhmu jekk Pirlo huwiex xorta waħda se jkompli jinsisti bid-difiża bit-tlieta (li jkun ifisser li jilgħab xi ħadd miż-żgħar jew inkella jilgħab xi ħadd barra minn postu) jew inkella hux se jkollu jibdel is-sistema ta’ logħob.

Matthew Scerri