Posts

Atletico Madrid f’negozjati ma’ Udinese għal De Paul

Rodrigo De Paul, li ssemma ħafna ma’ Juventus fl-aħħar xhur, jista’ jkun li jmur ikompli l-karriera tiegħu fi Spanja. Atletico Madrid jinsabu interessati ferm li jiksbu s-servizzi tiegħu u fetħu negozjati ma’ Udinese. Il-prezz li l-klabb qed jitlob għalih hu ta’ 40 miljun Ewro. Juventus u Milan ukoll iriduh biss f’dan l-istadju Atletico Madrid jidhru li huma l-favoriti li jiksbuh peress li jistgħu jissodisfaw it-talba ta’ Udinese.

Matthew Scerri

De Paul għadu fil-mira ta’ Juventus

Das-sajf Rodrigo De Paul x’aktarx se jkun qed jitlaq lil Udinese. Juventus huma fost it-timijiet l-aktar interessati fih, għalkemm bħalissa l-Bianconeri jidhru li qed jagħtu l-ewwel preferenza tagħhom lil plejers oħra. Il-prezz ta’ De Paul hu ta’ madwar 30-35 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Ix-xewqa ta’ De Paul

Intervistat minn La Nacion, Rodrigo De Paul stqarr li għandu mħabba kbira lejn it-tim ta’ Udinese u jħossu marbut professjonalment u umanament mal-belt ta’ Udine. Madankollu hu ammetta wkoll li hu bniedem ambizzjuż u jixtieq ħafna li jilgħab fiċ-Champions League u jikseb post mal-Arġentina għat-Tazza tad-Dinja.

Matthew Scerri

Juventus għadhom isegwu lil De Paul

Is-sit Calciomercato.com qed jirraporta li f’nofs Ottubru uffiċċjal ta’ Juventus segwa mill-qrib Udinese-Genoa bil-għan li jara mill-ġdid fl-azzjoni lil Rodrigo De Paul. Dakinhar kien preżenti anki l-aġent ta’ De Paul, Augustin Jimenez. Jidher li Juventus iriduh b’saħħa, x’aktarx għas-sajf 2021 iktar milli għas-sessjoni tas-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. Il-prezz li Udinese qed jitolbu għalih hu ta’ bejn 35 u 40 miljun Ewro.

Matthew Scerri