Posts

Ronaldo u Girelli huma l-Aqwa Plejers għall-istaġun 2019/20

Cristiano Ronaldo ġie ppremjat waqt il-Gran Galà del Calcio bħala l-Aqwa Plejer tas-Serie A għall-istaġun 2019/20. Cristiana Girelli ta’ Juventus Women hi l-Aqwa Plejer tas-sena fost in-nisa. Bonucci u Dybala jiffurmaw parti mit-tim tas-sena tal-irġiel.

L-Aqwa Ħdax tal-Irġiel: Donnarumma, Theo Hernandez, De Vrij, Bonucci, Gosens; Barella, Gomez, Luis Alberto; Dybala, Immobile, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Gasperini.

L-Aqwa Ħdax tan-Nisa: Laura Giuliani (Juventus), Alia Guagni (Atletico Madrid), Linda Sembrant (Juventus), Lisa Boattin (Juventus), Elisa Bartoli (Roma), Aurora Galli (Juventus), Manuela Giugliano (Roma), Valentina Cernoia (Juventus), Daniela Sabatino (Sassuolo), Tatiana Bonetti (Fiorentina), Cristiana Girelli (Juventus). 

Ingħataw premijiet anki lil Atalanta bħala l-Aqwa Klabb tas-Sena, kif ukoll lil Daniele Orsato li ġie magħżul bħala l-Aqwa Referee.

Matthew Scerri

Paratici jgħid tiegħu dwar il-kuntratt ta’ Dybala

Qabel Juventus-Verona, Fabio Paratici kellu l-opportunità jgħid tiegħu dwar il-kuntratt il-ġdid ta’ Paulo Dybala. Hu sostna li t-taħdidiet mexjin u hemm intenzjoni ċara kemm minn Juventus kif ukoll mill-plejer. Paratici spjega li ċertu dewmien hu dovut anki minn fatturi marbuta mal-Covid. Fil-fatt fl-aħħar 20 jum, Juventus qattgħu 15-il ġurnata f’iżolament u allura Paratici ma seta’ jiltaqa’ ma’ ħadd.

Matthew Scerri

Dybala mill-ewwel minuta, intant il-kuntratt …

Illejla Paulo Dybala se jkun qed jibda mill-ewwel minuta għall-ewwel darba f’dan l-istaġun. Hu se jkun qed jifforma l-koppja tal-attakk flimkien ma’ Morata. Intant jidher li m’hemm xejn ġdid dwar it-taħdidiet għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Il-Ħadd li għadda Paratici allegatament tkellem bit-telefon mal-aġent Antun, biss s’issa l-partijiet għadhom ma ffissawx appuntament biex ikomplu jiddiskutu l-kuntratt ta’ Dybala. Infakkru li Dybala għandhom kuntratt li jiskadi fl-2022 u allura ż-żmien qed jagħfas. Jekk dis-sena ma jinstabx ftehim għall-kuntratt il-ġdid, allura jkun probabbli li fis-sajf li ġej Juventus ikollhom ibigħuh sabiex ma jirriskjawx li jitilfuh b’xejn fl-2022.

Matthew Scerri

Dybala jaf ma jibdiex lanqas kontra Dynamo Kiev

Kontra kull pronostiku Paulo Dybala jaf ma jibdiex mill-ewwel minuta lanqas kontra Dynamo Kiev. Sky, fil-fatt, qed jirrapurtaw li waqt it-taħriġ tal-lum, Pirlo pprova koppja tal-attakk Morata-Kulusevski b’Ramsey warajhom. Jekk dan verament iseħħ allura jista’ jkun ifisser biss li: Dybala mhuwiex f’sikktu jew mhuwiex 100% match fit, jew inkella hemm problemi bejn Pirlo u l-Arġentin.

Matthew Scerri

Interess f’Dybala mill-Ingilterra

Is-sit todofichajes.com qed isostni li klabbs Ingliżi għadhom interessati ferm fl-akkwist ta’ Paulo Dybala. Il-klabbs huma: Chelsea u Manchester United. Il-prezz li Juventus qed jitolbu għalih hu ta’ 85 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Dybala bid-deni imma m’għandux il-Covid

Mill-Arġentina tasal l-aħbar li wara l-gastrite, Dybala issa jidher li għandu anki d-deni. Sarlu swab test u r-riżultat kien negattiv. It-tobba ma jidhrux imħassba wisq dwaru. Dybala se jkun qed jasal lura Turin il-Ħamis jew il-Ġimgħa hekk kif se jkun qed jivvjaġġa fuq il-jet privat ta’ Messi sabiex ikun hemm inqas ċans ta’ riskju li jiġi f’kuntatt ma’ persuni bil-virus.

Matthew Scerri

Dybala għadu ma jiflaħx

Paulo Dybala għadu qed jikkumbatti mal-gastrite li qabditu fil-jiem li għaddew. Hu ma marx il-Bolivja mat-tim nazzjonali Arġentin u kompla jiġi segwit mit-tobba.

Matthew Scerri

Problema ħafifa għal Dybala

Paulo Dybala dal-lejl kellu jitlef il-partita tal-Arġentina kontra l-Ekwador. Hu kellu problemi b’rabta ma’ gastrite ħafifa li tatu fil-ġurnata tal-partita. Xejn gravi, imma kellu jitlef dil-partita.

Matthew Scerri

L-aġent ta’ Dybala għadu Turin

Jorge Antun, l-aġent ta’ Dybala, għadu Turin skont IlBianconero.com. Hu wasal l-Italja madwar ħmistax-ilu u kien qed jakkumpanja lil omm Dybala. Issa jidher li se jibqa’ Turin sabiex, wara li jkun għalaq is-suq tat-trasferimenti, ikompli jiddiskuti l-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala.

Matthew Scerri

Tkompli t-tħejjija ta’ Juventus

Illum fil-Continassa Juventus komplew bit-taħriġ u l-preparazzjoni għall-partita kontra Roma tal-Ħadd li ġej. Għat-tieni jum konsekuttiv Dybala ttrenja mal-kumplament tat-tim u allura hu rkupra mill-injury li kellu. Morata, mill-banda l-oħra, ittrenja għall-ewwel darba mat-tim wara li lbieraħ kellu jittrenja waħdu b’mod prekawzjonali minħabba l-Covid.

Matthew Scerri