Posts

L-aġent ta’ Dybala wasal Turin

Jorge Antun, l-aġent ta’ Paulo Dybala wasal Turin aktar kmieni llum. Skont Tuttomercatoweb iż-żjara ta’ Antun mhix marbuta ma’ xi laqgħa ma’ Paratici għall-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala. Jidher li Antun akkumpanja lil omm Dybala fi żjara privata f’Turin.

Matthew Scerri

Ftehim fil-qrib għall-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala

Wara li xbajna nisimgħu u naqraw li Dybala talab lil Juventus paga ta’ 15-il miljun fis-sena (u kien hemm anki min kiteb li ried 20 miljun!), l-affarijiet jidhru li issa nbidlu sew. Tuttosport qed tirraporta li Juventus għaddejjin b’kuntatti telefoniċi mal-aġent ta’ Dybala biex jinstab ftehim għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Dybala qed jitlob paga ta’ 10 miljun, somma li Juventus jiggarantulu basta tkun parti fissa u parti oħra li tikkonsisti f’bonuses. Min-naħa tiegħu, Dybala qed jitlob 10 miljuni netti f’idejh. Id-distanza ma tidhirx li hi kbira u għaldaqstant hu probabbli li daqt jinstab ftehim.

Matthew Scerri

Martinez jew Dybala minflok Messi

Skont Don Balon, Barcellona se jfittxu s-sostitut ta’ Messi fis-Serie A. F’dawn il-jiem missier Messi se jkollu taħdidiet mal-klabb Spanjol sabiex ikun deċiż il-futur ta’ Messi. Jekk verament naslu għall-punt li Messi jitlaq lil Barcellona, allura l-klabb tiegħu se jkun qed ifittex li jixtri s-sostitut tiegħu. L-ismijiet li qed isiru nafuhom: Lautaro Martinez u Paulo Dybala.

Matthew Scerri