Il-Euro2020 fil-Club tagħna!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum jibda l-Euro2020 u l-Club tagħna jinsab lest biex jilqgħakom mill-ġdid sabiex flimkien inkunu nistgħu naraw il-partiti kollha tal-Kampjonat Ewropew għan-Nazzjonijiet f’atmosfera mill-isbaħ. Nistidnukom sabiex tiġu taraw il-partiti fil-Club tagħna. Ġibu magħkom mill-membri tal-familja tagħkom u lill-ħbieb tagħkom. Dħul b’xejn għal kulħadd. Segwu l-grupp tagħna fuq Facebook sabiex tkunu infurmati bl-offerti u l-inzjattivi li se jkunu qed jitħabbru minn ħin …

Euro Village

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Club tagħna qed jilqa’ mill-ġdid lill-membri, il-familji u l-ħbieb tagħhom, kif ukoll lill-pubbliku in ġenerali. Fl-okkażjoni tal-Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet, se jitwaqqaf Euro Village fil-premises tal-Club tagħna sabiex tkunu tistgħu taraw flimkien il-partiti kollha tal-kompetizzjoni. Se jkun hemm premijiet x’jintrebħu kuljum. Biex tirriservaw mejda ċemplu fuq in-numri 77208585, 77030390 jew 77450542. Narawkom!

Kulusevski pożittiv għall-Covid-19

MatthewJuve News Leave a Comment

Dejan Kulusevski ttestja pożittiv għall-Covid-19 u għaldaqstant se jitlef xi partiti mat-tim nazzjonali fil-Euro2020. Il-kowċ tal-Iżvezja ħabbar li Kulusevski s ejibqa’ jifforma parti mit-tim u li mhux se jkun mgħajjat plejer ieħor minfloku. Jirriżulta li Kulusevski jinsab tajjeb u għandu sintomi ħfief li normalment nassoċjawhom mal-influwenza. Matthew Scerri