Rebħa drammatika imma ferm mistħoqqha għal Juventus kontra Ferencvaros. It-tim ta’ Pirlo lagħab logħba pjuttost tajba għalkemm ir-ritmu tal-logħob kien baxx wisq, filwaqt li l-azzjonijiet tal-Bianconeri kienu kemxejn prevedibbli. Ferencvaros kienu organizzati u spiss dehru perikolużi fil-kontrattakki tagħhom. L-Ungeriżi marru fil-vantaġġ fl-Ewwel Taqsima u nistgħu ngħidu li sa dak il-ħin ftit li xejn rajna minn Juventus. Imbagħad bdiet ir-reazzjoni ta’ Juventus li dawru r-riżultat bil-gowls ta’ Ronaldo u Morata.
JUVENTUS-FERENCVAROS 2-1
Skurjaw: Uzuni (F), Ronaldo (J), Morata (J)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Danilo, De Ligt, Alex Sandro; McKennie (Kulusevski), Arthur (Ramsey), Bentancur (Rabiot), Bernardeschi (Chiesa); Dybala (Morata), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Ferencvaros (3-4-3): Dibusz; Lovrencsics (Bolka), Dvali, Blazic, Frimpong, Heister; Siger (Laidouni), Somalia; Uzuni, Zubkov (Isael), Nguen (Boli). Kowċ: Rebrov.
Referee: Siebert.
Karti sofor: Siger (F), Danilo (J), Chiesa (J)
Matthew Scerri