Posts

3 ta’ Ġunju … żewġ tazzi mitlufa u l-ħatra ta’ Heriberto Herrera

Id-data tat-3 ta’ Ġunju mhix waħda marbuta ma’ tifkiriet sbieħ għas-supporters Juventini. Jekk inqallbu l-kotba tal-istorja Juventina nsibu li f’did-data Juventus tilfu żewġ Finali Ewropej. Fl-1971 Juventus kienu tilfu t-Tazza tal-Fieri fir-return match tal-Finali kontra Leeds United. Dakinhar Juventus marru l-Ingilterra u ġew draw 1-1 (Clarke fetaħ l-iskor u Anastasi ġab id-draw għal Juventus). L-ewwel partita, dik f’Turin, kienet intemmet 2-2 u għaldaqstant Juventus tilfu dik il-Finali bil-gowls away. Fl-2017, imbagħad kellna l-Finali taċ-Champions League. Hi l-famuża partita ta’ Cardiff fejn Juventus tilfu 4-1 kontra Real Madrid bil-polemiki kollha li ħalliet warajha dik il-partita.

Fuq nota iktar pożittiva, insibu li fit-3 ta’ Ġunju 1964 Heriberto Herrera kien inħatar kowċ ta’ Juventus. Hu dam jokkupa dil-kariga sal-1969 u rebaħ kampjonat fl-1966-67 u Coppa Italia fl-1964-65.

Matthew Scerri