Inter kien ħaqqhom jirbħu u daqshekk. Illum kien hemm wisq neqsin u ma naħsibx li stajna nistennew xi ħaġa aħjar. Li hu żgur hu li minkejja d-difetti (is-soltu storja tal-aħħar tliet snin: midfield u full-backs) xorta waħda għandna tim tajjeb biżżejjed għall-Italja, però fil-grawnd ilna nuru li ma ħaqqniex nirbħu. Pirlo kien riskju żejjed għax dat-tim għandhom bżonn kowċ ta’ esperjenza mhux wieħed li għadu jibda. Id-difiża tagħmel żbalji tat-tfal iż-żgħar u taqla’ gowls bl-addoċċ. Nofs il-grawnd inkonsistenti wisq u spiss bla personalità. Dan kollu rajnieh mhux illum biss meta konna nofs tim kontra Inter. Rajnieh kontra timijiet ta’ livell baxx bħal Crotone, Benevento u Fiorentina. Mhux biżżejjed li tilgħab tajjeb kontra Milan, Lazio jew Atalanta. Kif dejjem għidna biex tirbaħ trid sensiela ta’ rebħiet konsekuttivi imma dis-sena t-tim ta’ Pirlo ma kellux konsistenza. Ħafna partiti rbaħnihom bil-klassi tal-istilel tat-tim aktar milli bl-ideat tal-logħob tat-tim. Nisperaw li l-folja ddur malajr kemm jista’ jkun u forsi jsiru xi akkwisti fil-jiem li ġejjin bil-għan li dat-tim ikun jista’ jqum fuq saqajh.
INTER-JUVENTUS 2-0
Skurjaw: Vidal (I), Barella (I)
Inter (3-5-2): Handanovic; Skriniar, de Vrij, Bastoni; Hakimi, Barella, Brozovic, Vidal (Gagliardini), Young (Darmian); Lukaku, Lautaro (Sanchez). Kowċ: Conte.
Juventus (3-5-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini; Chiesa, Rabiot (McKennie), Bentancur, Ramsey (Kulusevski), Frabotta (Bernardeschi); Morata, Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Referee: Doveri
Karti sofor: Bonucci (J), Young (I), Morata (J), Barella (I).
Matthew Scerri