Posts

Id-Derby ta’ Turin. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Nhar is-Sibt se jintlagħab id-Derby della Mole numru 202 fl-istorja. S’issa kellna 89 rebħa miksuba minn Juventus, 56 draw u 56 telfa. Komplessivament Juventus skurjaw 300 gowl fil-201 derbies li ntlagħbu s’issa, u qalgħu 238 gowl.

Jekk inħarsu lejn il-konfronti tas-Serie A biss, insibu li s’issa kien hemm 150 Derby, b’72 rebħa għal Juventus (kważi nofs il-partiti!), 43 draw u 35 rebħa għal Torino. Minn dal-150 partita, 75 intlagħbu b’Juventus bħala l-home team. Iktar minn nofshom intrebħu minn Juventus (39), b’20 draw u 16-il rebħa biss għal Torino. L-aħħar rebħa ta’ Torino f’Derby b’Juventus bħala home team tmur lura għas-sena 1995, jiġifieri 25 sena ilu! L-iktar plejer Juventin li lagħab fid-Derby ta’ Turin hu Scirea (13-il partita), filwaqt li Boniperti hu dak li skurja l-aktar (8 gowls).

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (22 ta’ Novembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-22 ta’ Novembru 2020.

Id-data probabbli tas-Super Cup Taljana

Il-gazzetta Il Mattino qed tbassar li l-Finali tas-Super Cup Taljana bejn Juventus u Napoli se tintlagħab fl-20 ta’ Jannar. S’issa l-Lega Calcio għadha ma ħabbret xejn dwar is-Super Cup. Li hu żgur hu li dis-sena l-partita mhux se tintlagħab barra l-pajjiż minħabba l-Covid. Probabbli li l-Finali se tintlagħab fl-Olimpico ta’ Ruma jew f’San Siro.

Matthew Scerri

McKennie fieq!

Weston McKennie fieq mill-Covid-19. Hu ttestja negattiv fl-aħħar swab test li sarlu lbieraħ. L-aħbar tal-fejqan ta’ McKennie ngħatat direttament minn Juventus. Skont il-protokoll tal-FIGC, McKennie se jkun jista’ jilgħab għada kontra Verona. S’issa m’hemm l-ebda aħbar ġdida dwar Ronaldo u nifhmu li għadu pożittiv għax li kieku fieq, żgur kienet tingħata l-aħbar flimkien ma’ dik ta’ McKennie.

Matthew Scerri