Posts

Żewġ plejers ma qagħdux għat-tisfir tas-supporters

Fi tmiem Juventus-Benfica, il-plejers Juventini marru taħt il-Curva bħas-soltu biex isellmu lis-supporters. Huma kienu milqgħuha minn ħafna tisfir. Bonucci stess wara kkummenta li Juventus ħaqqhom dat-tisfir. Tajjeb ngħidu li qatt ma ġrat fl-istorja li Juventus tilfu l-ewwel żewġ partiti tal-grupp taċ-Champions League. Allegri kien qalilna li biex ngħaddu rridu 10 punti. Fadal 12-il punt li nistgħu nieħdu u onestament dat-tim diffiċli li jikseb 10 punti fl-erba’ partiti li fadal!

Filmati li dehru fuq Twitter juru sew li kien hemm żewġ plejers li ma qagħdux għat-tisfir tas-supporters u għażlu li joħorġu mill-grawnd. Il-plejers huma Di Maria u Paredes. Di Maria deher nervuż ferm wara l-partita u hemm filmati tiegħu jitkellem b’mod irrabjat ma’ Milik. Skont l-interpretazzjoni ta’ ħafna, Di Maria kien irrabjat għax Allegri bidel lil Milik ma’ Kean. Ma nafux jekk dan huwiex minnu. Li hu żgur hu li fi tmiem il-partita, hu baqa’ f’nofs il-grawnd u ma marx ma’ sħabu taħt il-Curva. Imbagħad malli sema’ l-ewwel tisfir tas-supporters, Di Maria qabad u mexa lejn id-dressing room. Paredes, mill-banda l-oħra, mexa lejn il-Curva għalkemm baqa’ iktar lura minn sħabu. Malli beda t-tisfir hu dar u telaq ‘il ġewwa.

Matthew Scerri

Ara x’qal Allegri fi tmiem Juventus-Benfica

Di Maria qatta’ parti mis-sessjoni tal-lum jitħarreġ ma’ sħabu

Angel Di Maria ttrenja għal xi ħin illum mal-bqija ta’ sħabu, filwaqt li t-tieni parti tat-training qattagħha jittrenja waħdu. L-indikazzjonijiet huma li Di Maria x’aktarx se jkun mgħajjat għall-partita kontra l-eks tim tiegħu Benfica. Madankollu jista’ jagħti l-każ li Allegri jagħżel li ma jibdiex mill-ewwel minuta peress li ilu barra diversi ġimgħat apparti l-ftit minuti li lagħab kontra Spezia u Fiorentina fejn kien jidher li ma kienx f’sikktu.

Matthew Scerri