Posts

Juventus-Bologna 2-0

Juventus-Bologna hi simbolu tal-inkonsistenza tat-tim Juventin f’dan l-istaġun. Fl-Ewwel Taqsima t-tim ta’ Pirlo ddomina l-partita u wara l-gowl ta’ Arthur, kellu l-opportunità li jiskurja diversi drabi oħra. Kieku t-timijiet marru għall-intervall bl-iskor ta’ 3-0 jew 4-0 kien ikun riżultat ġust. It-Tieni Taqsima, imbagħad, rat lil Bologna jieħdu f’idejhom il-logħob u għal ħamsa u għoxrin minuta poġġew lil Juventus f’diffikultà kbira. B’xorti tajba McKennie skorja u hekk ngħalqet il-partita. Kif dejjem għidna fil-kampjonat Taljan jekk ma tagħlaq il-partita, tispiċċa ssofri għalxejn maż-żgħar.

JUVENTUS-BOLOGNA 2-0

Skurjaw: Arthur (J), McKennie (J)

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Bonucci (De Ligt), Chiellini, Danilo; McKennie (Demiral), Arthur (Rabiot), Bentancur, Bernardeschi; Kulusevski (Ramsey), Ronaldo. Kowċ: Pirlo. 

Bologna (4-2-3-1): Skorupski; De Silvestri (Soumaoro), Danilo, Tomiyasu, Dijks (Palacio); Schouten, Svanberg (Dominguez); Orsolini (skov Olsen), Soriano, Vignato (Soriano); Barrow. Kowċ: Mihajlovic.

Referee: Sacchi.

Karti sofor: Vignato (B), Kulusevski (J), Arthur (J), Chiellini (J), Dijks (B).

Matthew Scerri

Kif x’aktarx jilagħbu Juventus u Bologna

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Bonucci, Chiellini, Danilo; McKennie, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi; Morata, Ronaldo.

Bologna (4-2-3-1):  Skorupski; De Silvestri, Tomiyasu, Danilo, Dijks; Schouten, Dominguez; Orsolini, Soriano, Barrow; Palacio.

Sors: Sportmediaset