Posts

Dybala mill-ewwel minuta, intant il-kuntratt …

Illejla Paulo Dybala se jkun qed jibda mill-ewwel minuta għall-ewwel darba f’dan l-istaġun. Hu se jkun qed jifforma l-koppja tal-attakk flimkien ma’ Morata. Intant jidher li m’hemm xejn ġdid dwar it-taħdidiet għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Il-Ħadd li għadda Paratici allegatament tkellem bit-telefon mal-aġent Antun, biss s’issa l-partijiet għadhom ma ffissawx appuntament biex ikomplu jiddiskutu l-kuntratt ta’ Dybala. Infakkru li Dybala għandhom kuntratt li jiskadi fl-2022 u allura ż-żmien qed jagħfas. Jekk dis-sena ma jinstabx ftehim għall-kuntratt il-ġdid, allura jkun probabbli li fis-sajf li ġej Juventus ikollhom ibigħuh sabiex ma jirriskjawx li jitilfuh b’xejn fl-2022.

Matthew Scerri

Ronaldo se jitlef Juventus-Verona

Cristiano Ronaldo żgur se jkun qed jitlef il-partita kontra Verona. Dalgħodu sarlu swab test ieħor u qed jistenna r-riżultat. Anki jekk ikun negattiv, Ronaldo xorta waħda jrid jagħmel test mediku ieħor li juri li m’għandux problemi ta’ saħħa li jimpeduh milli jilgħab. Pirlo spjega llum li m’hemmx iż-żmien biex issir dil-proċedura kollha sa għada filgħaxija.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Verona

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Demiral; Cuadrado, Arthur, Bentancur, Frabotta; Kulusevski; Dybala, Morata.

Verona (3-4-2-1): Silvestri; Lovato, Ceccherini, Empereur; Faraoni, Vieria, Ilic, Lazovic; Tameze, Zaccagni; Di Carmine.

Sors: Sportmediaset

McKennie fieq!

Weston McKennie fieq mill-Covid-19. Hu ttestja negattiv fl-aħħar swab test li sarlu lbieraħ. L-aħbar tal-fejqan ta’ McKennie ngħatat direttament minn Juventus. Skont il-protokoll tal-FIGC, McKennie se jkun jista’ jilgħab għada kontra Verona. S’issa m’hemm l-ebda aħbar ġdida dwar Ronaldo u nifhmu li għadu pożittiv għax li kieku fieq, żgur kienet tingħata l-aħbar flimkien ma’ dik ta’ McKennie.

Matthew Scerri

Flokk speċjali għal Juventus-Verona

Nhar il-Ħadd kontra Verona, Juventus se jkunu qed jilagħbu bi flokk ġdid. Huma flokk speċjali ddisinjat minn Adidas b’kollaborazzjoni ma’ Humanrace FC. Dan il-flokk hu ta’ kulur roża. Id-design hu identiku għal dak tal-2015/16 biss did-darba l-logos u d-dettalji tal-flokk huma ddisinjati bl-idejn.