Posts

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Mejju)

Bħal-lum fl-2017 kien intemm il-kampjonat tas-Serie A. Dakinhar Juventus kienu lagħbu kontra Bologna  u rebħu 1-2. Ta’ min jgħid li Moise Kean kien skurja l-ewwel gowl tiegħu għal Juventus.

PSG kisbu lil Kean b’self

PSG ħabbru li kisbu lil Moise Kean b’self għal sena mingħand Everton. L-aħbar hi issa waħda uffiċjali. Wieħed irid jara jekk illum Juventus humiex se jirnexxilhom isibu attakkant ieħor (Llorente?), sakemm mhux qed iqisu lil Chiesa anki bħala attakkant u allura ma jieħdu lil ħadd iktar.

Matthew Scerri

Kean lejn self ma’ PSG

Moise Kean mistenni jingħaqad b’self ma’ PSG. Everton jidhru li aċċettaw l-istess proposta li kienu ressqu Juventus, imma filwaqt li fil-każ tal-Bianconeri r-risposta kienet le, issa l-Ingliżi qalu iva lil PSG.

Matthew Scerri

Raiola ppropona lil Barcellona l-akkwist ta’ Kean

Skont Don Balon Mino Raiola ppropona lil Barcellona li jixtru lil Moise Kean. L-Ispanjoli qal laqgħux il-proposta tiegħu anki jekk għadhom ma xtrawx attakkant ġdid. Intant Juventus għadhom għaddejjin bit-taħdidiet ma’ Everton biex isibu ftehim għar-ritorn ta’ Kean.

Matthew Scerri

Kean eqreb lejn ritorn ma’ Juventus

Carlo Ancelotti m’għandu l-ebda oġġezzjoni li Kean jinbigħ u allura Raiola qed imexxi t-taħdidiet ma’ Everton biex l-attakkant Taljan jirritorna ma’ Juventus. Il-Bianconeri qed jipproponu self għal sentejn u wara jkun hemm dritt li jixtruh għal kollox, liema dritt isir obbligu jekk jintlaħqu ċerta miri stabbiliti minn qabel.

Matthew Scerri

Kean ma’ Juventus forsi grazzi għal Milik

Arek Milik jista’ finalment iwassal biex Juventus jiksbu r-raba’ attakkant tagħhom. Fil-fatt Everton huma interessati ferm fl-akkwist ta’ Milik u jekk jixtruh hu ovvju li Kean se jkun qed jinbigħ jew jinsilef lil Juventus. Intant fl-aħħar partita ta’ Everton, Ancelotti lanqas biss lagħab lil Kean sinjal li mhux vera jinsab fil-pjanijiet tiegħu.

Matthew Scerri

Lejn ritorn ieħor

Wara Morata attakkant ieħor mistenni jirritorna ma’ Juventus. Nafu li Juventus ilhom isegwu lil Kean biss s’issa għadhom ma sabux ftehim ma’ Everton. Intant Llorente jinsab f’taħdidiet ma’ Napoli biex ixolji l-kuntratt tiegħu. Hu attwalment jinsab fuori rosa u allura kollox jindika li Napoli għandhom kull interess li jitterminaw il-kuntratt ta’ Llorente. Jekk dan verament iseħħ, Llorente jista’ jkun li jirritorna ma’ Juventus bħala r-raba’ attakkant tat-tim.

Matthew Scerri

Juventus reġgħu tkellmu ma’ Raiola dwar Kean

Ilbieraħ Juventus tkellmu ma’ Mino Raiola. Il-partijiet tkellmu dwar Pellegini u Bernardeschi. Allegatament Juventus taw istruzzjonijiet lil Raiola biex ikompli bit-taħdidiet ma’ Everton għat-trasferiment ta’ Kean mal-Bianconeri. It-trasferiment se jkun x’aktarx fuq bażi ta’ self, għal liema self Juventus se jħallsu somma flus. Is-sena d-dieħla, jew iktar probabbli ta’ wara, Juventus ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox. Il-valur kumplessiv tat-trasferiment se jaqbeż il-25 miljun.

Matthew Scerri

Dejjem iktar probabbli r-ritorn ta’ Kean

Kulma jmur hu dejjem iktar probabbli li Moise Kean jirritorna ma’ Juventus. Il-Bianconeri jinsabu f’taħdidiet ma’ Everton fuq il-bażi ta’ self għal sentejn bl-obbligu li jixtruh għal kollox fl-2022. Everton jinsabu interessati anki għax Kean ma kellux staġun tajjeb magħhom.

Matthew Scerri