Posts

Tottenham lesti jixtru lil Kulusevski għal kollox

Tottenham huma mistennija li jixtru għal kollox lil Dejan Kulusevski fis-sajf 2023. Huma mar tajjeb ferm magħhom minn Jannar ‘l hawn u jidher tassew għal qalbu mal-iSpurs. Tajjeb infakkru li Tottenham ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 35 miljun Ewro jekk dis-sena jilgħab minn tal-inqas 45 minuta f’għoxrin partiti ta’ Tottenham. L-obbligu li jixtruh għal kollox jidħol fis-seħħ anki jekk Tottenham jikkwalifikaw għaċ-Champions League. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiltlaħqux, Tottenham ikollhom id-dritt u mhux l-obbligu li jixtru lil Kulusevski għal kollox. Dad-dritt Tottenham jidhru intenzjonati li jużawh tant huma sodisfatti bil-wirjiet tal-Iżvediż.

Matthew Scerri

Tottenham kisbu lil Kulusevski u lil Bentancur mingħand Juventus

Tottenham laħqu ftehim ma’ Juventus biex jiksbu lil Dejan Kulusevski u lil Rodrigo Bentancur. L-iŻvediż se jkun qed jingħaqad b’self ma’ Tottenham għal sena u nofs (skont xi rapporti), liema self se jkun qed jitħallas 5 miljuni. Wara Tottenham se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 55 miljun Ewro. Id-dritt isir obbligu jekk Tottenham jikkwalifikaw għaċ-Champions League u Kulusevski jilgħab minn tal-inqas 50% tal-partiti. Maċ-ċifri li semmejna rridu nżidu 5 miljuni oħra f’bonuses.

Bentancur, mill-banda l-oħra, ġie akkwistat għal kollox mingħand Tottenham għal 19-il miljun Ewro, flimkien ma’ 6 miljuni oħra f’bonuses. 35% tas-somma li Juventus se jdaħħlu minn fuq Bentancur se tmur għand Boca Juniors skont ma jistipula l-ftehim ta’ meta Juventus xtrawh mingħandhom.

Id-dettalji preċiżi tal-ftehim se jitħabbru għada meta l-aħbar tingħata b’mod uffiċjali mill-klabbs wara li jsiru t-testijiet mediċi.

Matthew Scerri

Tottenham iridu b’saħħa lil Bentancur u lil Kulusevski

It-tim ta’ Tottenham jinsabu f’kuntatti ma’ Juventus biex jiksbu lil Bentancur u lil Kulusevski. Paratici talabhom b’self it-tnejn li huma, filwaqt li Juventus qed jistennew minn tal-inqas li wieħed mill-plejers jiġi mixtri mentri l-ieħor ikun misluf. F’dan l-istadju kollox jindika li kemm Bentancur kif ukoll Kulusevski se jitilqu lil Juventus bejn illum u nhar it-Tnejn. Malli huma jiffirmaw għal tim ieħor, Juventus ikunu jistgħu jiffinalizzaw l-akkwist ta’ Zakaria.

Matthew Scerri

Diversi klabbs interessati li jiksbu lil Kulusevski

Dejan Kulusevski jidher li wasal fi tmiem l-esperjenza tiegħu ma’ Juventus. Fl-aħħar jumejn kien hemm ħafna għidut li Kulusevski se jitlaq lil Juventus. Fuqu hemm interess minn diversi klabbs tal-Premier League: Everton, Arsenal u Tottenham. Jirriżulta li Milan għamlu kuntatt ma’ Juventus għal Kulusevski bil-medjazzjoni tal-aġent Lucci. Il-proposta ta’ Juventus kienet ta’ self għal sena u nofs, b’Milan ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox sena u nofs oħra għal 35 miljun Ewro. Dil-proposta ma għoġbitx lil Milan li ma jridux l-obbligu li jixtruh għal kollox.

Matthew Scerri

Kulusevski sospiż għal partita waħda

Dejan Kulusevski se jkun qed jitlef il-partita kontra Sampdoria wara li ġie sospiż għal partita waħda mill-Imħallef tal-Isport. Hu kien fil-lista tad-‘diffidati’ u se l-karta safra li qala’ kontra Bologna awtomatikament issarrfet f’sospensjoni.

Matthew Scerri

Bdil bejn Muriel u Kulusevski?

Tkompli s-serje ta’ plejers imsemmija ma’ Juventus. L-aħħar isem li sar għall-attakk Juventin hu dak ta’ Muriel ta’ Atalanta. Skont Momblano, Juventus talbuh b’self. Atalanta, min-naħa tagħhom, qed jipproponu lil Juventus tpartit fuq bażi ta’ self bejn Muriel u Kulusevski.

Matthew Scerri