Posts

Kont taf … 3 scudetti fl-14 ta’ Mejju!

L-14 ta’ Mejju hi data importanti ferm fl-istorja ta’ Juventus. Fl-2016 kellna ċ-ċerimonja ta’ preżentazzjoni tat-trofew tal-kampjonat fi tmiem il-partita kontra Sampdoria (skor finali 5-0). Apparti dik kellna anki żewġ okkażjonijiet oħra fil-passat fejn Juventus rebħu matematikament il-kampjonat. Fl-1950 irbaħna t-8 scudetto, filwaqt li fl-2006 ikellna r-rebħ tal-kampjonat numru 29. Fis-sena 2000 Juventus kienu qrib li jirbħu scudetto ieħor, biss kulħadd jaf sew x’inqala’ waqt Perugia-Juventus. Kienet telfa li ħassejna bil-kbir għall-mod kif waslet: partita sospiża għal 80 minuta u wara tkompliet fuq grawnd mifqugħ bl-ilma tax-xita!

Dejjem f’din il-ġurnata tal-14 ta’ Mejju tas-sena 1992, Juventus kienu lagħbu u tilfu l-Finali tal-Coppa Italia kontra Parma. Partita oħra storika f’dan il-jum hi l-famuża Juventus-Real Madrid 3-1 tal-2003, liema partita tat lil Juventus id-dritt li jilagħbu l-Finali taċ-Champions League.

Matthew Scerri