Posts
Injury muskolari ieħor għal Chiellini
Giorgio Chiellini se jkollu jitlef il-partita Lazio-Juventus minħabba injury muskolari ieħor. Il-paġna Facebook, Around Turin ikkalkulat li mit-20 ta’ Awwissu 2019 sal-lum Chiellini qatta’ 230 kjum barra b’injury u tilef iktar minn ħamsin partita ta’ Juventus.
Matthew Scerri
Immobile, Leiva u Strakosha se jitilfu Lazio-Juventus
Immobile, Leiva u Strakosha mhux se jilagħbu għal Lazio fil-partita kontra Juventus. It-tlieta li huma kienu fl-aħbarijiet wara li l-Ġimgħa filgħaxija kienu pożittivi għall-Covid-19 f’test li sarilhom fi klinika Rumana, filwaqt li rriżultat negattivi fl-istess ġurnata f’test ieħor li sarilhom minn laboratrju ta’ Avellino. Ilbieraħ huma kien f’Formello mal-bqija ta’ sħabhom u wara xi ħin kellhom jitilqu minħabba li l-ASL ta’ Ruma ordnat li jitpoġġew taħt kwarantina.
Matthew Scerri
Dragusin mgħajjat minflok Chiellini
L-injury ta’ Chiellini wassal biex Andrea Pirlo sejjaħ għall-ewwel darba lid-difensur ta’ Juventus Under 23, Radu Dragusin. Il-ġgant Rumen ta’ 18-il sena jaf jiddebutta ma’ Juventus kontra Lazio.
Matthew Scerri
Plejers ta’ Lazio l-ewwel pożittivi u wara negattivi għat-test tal-Covid-19
Ikompli t-taħwid fit-tim ta’ Lazio b’rabta mat-testijiet tal-Covid-19. Illum saru rapid tests lill-plejers kollha min-naħa tal-Campus Biomedico ta’ Roma. Fl-istess ħin saru swab tests, dejjem għall-plejers kollha min-naħa tal-Futura Diagnostica ta’ Avellino. Mir-rapid tests irriżulta li kien hemm tliet plejers pożittivi. L-iswab tests, però, taw riżultat ieħor: ħadd mill-plejers mhu pożittiv. F’dan l-istadju għadu mhuwiex magħruf magħriuf jekk dawn it-tlett iplejers humiex realment se jkunu jistgħu jilagħbu nhar il-Ħadd kontra Juventus.
Intant tajjeb infakkru li l-FIGC diġà fetħet inkjesta dwar il-possibbilità ta’ ksur tal-protokoll min-naħa ta’ Lazio meta jista’ jkun li Immobile, Leiva u Strakosha lagħbu minkejja li kienu pożittiv għall-Covid-19.
Matthew Scerri
Lazio qed jittamaw li jirkupraw tlett iplejers
Għada, lejlet Lazio-Juventus, se jsiru l-iswab tests lil kull plejer taż-żewġ timijiet kif jitlob il-protokoll tal-FIGC. Lazio qed jittamaw li Immobile, Leiva u Strakosha ma jirriżultawx pożittiv sabiex ikunu jistgħu jilagħbu kontra Juventus.
Matthew Scerri
Lazio-Juventus. Ħarsa statistika lejn il-konfronti tal-passat
S’issa ntlagħab 183 konfront uffiċjali bejn Juventus u Lazio. Juventus rebħu 94 minn dawn il-partiti, filwaqt li kien hemm 43 draw u 46 rebħa għal Lazio. Komplessivament Juventus skurjaw 315 gowl u qalgħu 204 gowl f’dal-partiti. Fis-Serie A kien hemm total ta’ 152 partita, b’82 rebħa għal Juventus, 36 draw u 34 rebħa għat-tim tal-kapitali. Il-konfronti tas-Serie Abejn Juventus u Lazio fl-Istadio Olimpico kienu 76 s’issa. Juventus kisbu l-ikbar numru ta’ rebħiet (33). Il-bqija tal-konfronti raw 18-il draw u 25 rebħa għal Lazio.
Matthew Scerri
Ir-referees tal-partiti tas-7 Ġurnata tas-Serie A
Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Sassuolo-Udinese: Abbattista
Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.
Cagliari-Sampdoria: Ayroldi
Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.
Benevento-Spezia: Aureliano
Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Parma-Fiorentina: La Penna
Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m.
Lazio-Juventus: Massa
Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m.
Atalanta-Inter: Doveri
Genoa-Roma: Irrati
Torino-Crotone: Fourneau
Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m.
Bologna-Napoli: Pasqua
Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m.
Milan-Verona: Guida
Matthew Scerri