Posts

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Milan-Juventus

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Milan-Juventus

Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Milan u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 76% tal-voti, segwit minn Szczesny b’15% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’7% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Milan-Juventus 1-3

Federico Chiesa kien il-protagonist assolut tar-rebħa li Juventus kisbu fuq il-leaders Milan. Żewġ gowls tiegħu, it-tnejn il-ġmiel tagħhom, wittew it-triq għar-rebħa Bianconera u taw l-opportunità li jnaqqsu d-distakk mill-ewwel post fil-klassifika. Juventus urew fil-grawnd li huma aqwa minn Milan u li potenzjalment għandhom kollox biex jirbħu l-iscudetto. Ovvjament biex jasal l-għaxar scudetto Juventus iridu jkunu iktar konsistenti u jridu jagħmlu serje ta’ rebħiet konsekuttivi.

MILAN-JUVENTUS 1-3

Skurjaw: 2 Chiesa (J), Calabria (M), McKennie (J)

Milan (4-2-3-1): Donnarumma; Dalot (Conti), Kjaer (Maldini), Romagnoli, Hernandez; Calabria (Kalulu), Kessie; Castillejo (Colombo), Calhanoglu, Hauge (Diaz), Leao. Kowċ. Pioli

Juventus (4-4-2): Szczesny; Frabotta (Demiral); Bonucci, De Ligt, Danilo; Chiesa (Kulusevski), Bentancur (Arthur) Rabiot, Ramsey (Bernardeschi); Dybala (McKennie), Ronaldo. Kowċ. Pirlo.

Referee: Irrati.

Karti sofor: Bentancur (J), Danilo (J), Romagnoli (M)

Matthew Scerri