Posts
Milied 1914 … meta waqfet il-gwerra
F’dan il-jum speċjali tal-Milied nixtiequ nwasslulkom video mill-isbaħ ta’ episodju storiku li seħħ fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Fil-fatt fil-Milied ta’ 103 sena ilu, l-1914, il-ġlied waqaf ħesrem f’jum il-Milied u s-suldati setgħu jqattgħu ftit sigħat ta’ paċi qabel kompliet il-gwerra. F’dak il-jum speċjali tal-Milied 1914, is-suldati Ġermaniżi u dawk Ingliżi ma kinux għedewwa u anzi ngħaqbu għall-partita futbol li l-Ġermaniżi rebħu bl-iskor ta’ 3-2.
Statistika dwar konfronti tal-passat bejn Juventus u Napoli
Juventus u Napoli ltaqgħu b’kollox 173 darba s’issa f’konfronti uffiċjali. Komplessivament Juventus kisbu 81 rebħa, kien hemm 53 draw, filwaqt li r-rebħiet ta’ Napoli kienu jammontaw għal 39.
Fl-istorja tas-Serie A nsibu li s’issa ntlagħbu 148 konfront bejn Juventus u Napoli. Minnhom Juventus rebħu 69 partita, kien hemm 47 riżultat ta’ draw u 32 rebħa għal Napoli.
Il-konfronti bejn it-timijiet fis-Serie A li ntlagħbu f’Turin jammontaw għal 74. Juventus rebħu iktar minn nofshom (46 rebħa). Ma’ dawn r-rebħiet Bianconeri rridu nżidu 20 draw u 8 rebħiet biss għal Napoli. F’dawn il-konfronti Juventus skurjaw b’kollox 133 gowl, mentri Napoli sabu x-xibka 71 darba.
Matthew Scerri