Posts

Paratici: “Morata dejjem kien l-ewwel għażla ta’ Juventus”

Fi kliem Paratici, Alvaro Morata kien dejjem l-ewwel għażla ta’ Juventus das-sajf. Hu spjega li l-Bianconeri marru mill-ewwel għal Morata peress li jafuh kemm bħala persuna kif ukoll bħala plejer. Atletico Madrid, madankollu, ma ridux jafu li jħalluh jitlaq b’self u allura Juventus marru għal attakkanti oħra. Imbagħad, però, Atletico bidlu fehemthom u allura Juventus kienu kuntenti li setgħu jieħu lil Morata bil-kundizzjonijiet li kienu jaqblu lilhom.

Matthew Scerri

Chiesa sospiż għal partita waħda. Multa għal Paratici

Chiesa ġie sospiż għal partita waħda fis-Serie A mill-Imħallef tal-Isports wara li tkeċċa kontra Crotone. Hu se jkun qed jitlef il-partita li jmiss.

Barra minn hekk Fabio Paratici ġie mmultat 10,000 Ewro talli fit-43 minuta tat-tieni taqsima qal kliem mhux xieraq fil-konfront tal-uffiċċjali li kienu qed imexxu l-partita.

Matthew Scerri

Iċċarati r-reponsabbiltajiet ta’ Paratici u Cherubini fi ħdan Juventus

Fabio Paratici se jibqa’ jmexxi t-Technical Area ta’ Juventus u se jkollu jaħdem qrib miegħu lil Cherubini bħala Football Director. Andrea Agnelli spjega lix-share-holders li Paratici se jkomplu jkun inkarigat mit-tim tal-kbar ta’ Juventus, filwaqt li Cherubini se jmexxi lit-timijiet mill-Under 23 ‘l isfel.

Matthew Scerri

Futur inċert għal Paratici ma’ Juventus

L-ispekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ Paratici ma jieqfu qatt. Minkejja li Agnelli dejjem tkellem b’apprezzament għal Paratici fil-pubbliku, il-media Taljana temmen li daqt se jkun hemm bidla. Paratici jidher li jinsab fil-pjanijiet ta’ klabbs Taljani (Roma prinċipalment) u barranin (PSG u Manchester United). Qed jissemmew anki ismijiet ta’ min jista’ joħodlu postu. Il-kandidat numru wieħed hu Cherubini li kulma jmur qed jieħu rwol importanti fi ħdan Juventus. Issemma anki Javier Ribalta li sa ftit tas-snin ilu kien imexxi l-grupp ta’ talent scouts ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Paratici: “Aħna dejjem attenti għal kull opportunità li tinqala'”

Fabio Paratici ta kumment dwar il-mercato Juventin fi tmiem il-preżentazzjoni tal-ktieb Grand Hotel Calciomercato ta’ Gianluca Di Marzio: “Juventus huma dejjem attenti għal dak li jinqala’ fis-suq tat-trasferimenti, kemm għal Chiesa kif ukoll għal plejers oħra. Din hi l-konvinzjoni tagħna. Trid tkun kreattiv, speċjalment f’dal-mument fejn hu diffiċli tinnegozja.”

Matthew Scerri

Deffsu anki lil Cherubini fl-istorja tal-eżami ta’ Suarez

Ir-Rettur tal-Università Statale ta’ Perugia, Maurizio Olivieri hu l-persuna li kienet ikkuntattjata minn uffiċċjali ta’ Juventus (li allegatament hu Cherubini). Fit-telefonata Olivieri ġie mistoqsi jekk l-Università tiegħu tagħmilx l-eżami B1 meħtieġ għaċ-ċittadinanza ta’ Suarez. Hu wieġeb li l-Università Statale ma torganizzax dawn l-eżamijiet u għamel kuntatt mal-Università per Stranieri ta’ Perugia li regolarment ikollha sessjonijiet ta’ dawn l-eżamijiet. L-Università per Stranieri għandha bħala Direttur Ġenerali lil Simone Olivieri (li ma jiġix mir-Rettur tal-Università Statale). Ir-Rettur tal-Università per Stranieri f’telefonata minn lil Simone Olivieri allegatament jgħid: “Taf li għandi relazzjoni tajba mad-diriġenza ta’ Juventus. Irridu ngħinu lill-attakkant tagħna.” Fi stqarrija, Maurizio Olivieri spjega li hu tkellem ma’ Paratici għal ftit sekondi biss wara li sar l-eżami. Kienet telefonata ta’ korteżija li matulha Paratici rringrazzja lil Olivieri peress li Suarez ħassu tassew milqugħ tajjeb fil-ħin qasir li qatta’ jagħmel l-eżami.

Nagħlqu billi nfakkru li Juventus għalissa mhix tiġi investigata. Sar magħruf li l-avukati Maria Turco u Luigi Chiappero (qrib ħafna ta’ Juventus) issejħu fil-Procura biex jagħtu x-xhieda tagħhom hekk kif assistew lill-avukati ta’ Suarez fil-ewwel parti tal-proċess għall-ksib taċ-ċittadinanza Taljana min-naħa tal-attakkant Urugwajan.

Matthew Scerri