Posts

L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Real Madrid

Illum Juventus-Rijeka

Illum fis-2.00 ta’ wara nofsinhar Juventus se jilagħbu partita oħra ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għat-tkomplija tal-istaġun minn Jannar 2023. L-avversarji tal-lum se jkunu Rijeka. Probabbli li anki llum naraw ħafna żgħar fil-grawnd peress li hemm diversi plejers neqsin jew li daħlu lura għat-trainingi fil-jiem li għaddew.

Matthew Scerri

Bidla oħra fil-programm. Juve-Atletico se tintlagħab f’Turin

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali li nstab ftehim sabiex il-partita ta’ ħbiberija kontra Atletico ssir xorta waħda għada. Mhux se tintlagħab f’Tel Aviv imma fit-training grounds tal-Continassa. Inbidel anki l-ħin li issa hu fis-6.00 ta’ filgħaxija.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Awwissu)

Immur lura għas-sena 2011 meta fil-preseason ta’ dik is-sena Juventus kienu lagħbu partita ta’ ħbiberija kontra Cuneo bi preparazzjoni għall-istaġun 2011/12. It-tim Juventin kien rebaħ bl-iskor ta’ 8-0. Fost l-oħrajn kien spikka Luca Toni li skurja tripletta.

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Lulju)

Nagħtu titwila lill-preseason Juventin tal-2021. Proprju bħal-lum Juventus kienu lagħbu kontra Monza fit-Trofeo Berlusconi. Din kienet l-ewwel edizzjoni tat-Trofeo Berlusconi wara li Silvio Berlusconi ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim ta’ Monza.

Attendenza rekord fir-Rose Bowl Stadium

Juventus- Real Madrid kienet xi ħaġa ferm ikbar minn sempliċi partita ta’ ħbiberija. Folla ta’ madwar 90,000 persuna attendiet għall-konfront bejn tnejn mill-aqwa timijiet tal-Ewropa. Din kienet il-partita tal-futbol bl-akbar numru ta’ spettaturi fl-istorja tal-belt ta’ Los Angeles. Barra minn hekk Juventus-Real Madrid kienet ukoll il-partita bl-akbar attendenza fl-Istati Uniti tal-Amerika matul l-2022, kif ukoll kellha l-akbar attendenza f’partiti tal-futbol fl-Istati Uniti mill-2018 ‘l hawn.

Matthew Scerri

Juventus għelbu lil Chivas 2-0

Kmieni dalgħodu Juventus lagħbu l-ewwel partita vera ta’ ħbiberija għal dan l-istaġun u rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu wieħed f’kull taqsima. Kien Da Graca li fetaħ l-iskor hekk kif tefa’ fix-xibka rebound minn daqqa ta’ ras ta’ Gatti bil-ballun li kien spiċċa jaħbat mal-lasta. Fit-tieni Taqsima wasal it-tieni gowl minn azzjoni ta’ kontrattakk b’Compagnon jikkonkludi l-azzjoni b’xutt fil-baxx fuq l-ewwel lasta.

Għalissa hu diffiċli li jikkummenta dwar il-wirja ta’ Juventus. It-tim għadu qed jingħaqad u dawn il-partita jservu iktar biex l-istaff tekniku jifhem kif miexi x-xogħol ta’ taħriġ atletiku tat-tim. Rajna ftit affarijiet interessanti minn individwi, fosthom il-mod kif Bremer għalaq azzjoni ta’ kontrattakk avversarja fil-91 minuta, fejn letteralment lanqas biss ħalla spazju lill-attakkant ta’ Chivas. Di Maria u Pogba wkoll kellhom wirja tajba, kif ukoll nistgħu ngħidu li Fagioli u Gatti wrew li ħaqqhom li jkunu parti mit-tim ta’ Allegri.

JUVENTUS-CHIVAS DE GUADALAJARA 2-0
Skurjaw: Da Graca (J), Compagnon (J)

Juventus: Sczcesny (Perin); Cuadrado (Barbieri), Danilo (Rugani), Gatti (Bremer), Alex Sandro (Pellegrini); Fagioli (Aké), Locatelli (Zakaria), Pogba (Rovella); Di Maria (Soulé), Da Graca (Cudrig), Kean (Compagnon). Kowċ: Allegri.

Chivas de Guadalajara: Rangel (Jimenez); Sanchez (Mozo), Briseño (Mireles), Mier, Ponce (Olivas); Torres (Yrizar), Garcia (Vega); P. Perez (Beltran), Cisneros (Calderon), S. Perez (Alvarado); Zaldivar (Ormeño). Kowċ: Cadena.

Referee: Daneon Parchment

Karta safra: Cudrig (J)

Matthew Scerri

Il-plejers Juventini li sejrin l-Amerika

Juventus telqu lejn l-Amerika għat-Tour li se jarahom jilagħbu kontra Deportivo Guadalajara, Barcellona u Real Madrid. Il-lista ta’ plejers li se jmorru l-Amerika hi:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin, Garofani

Difensuri: Bremer, Danilo, Cuadrado, Alex Sandro, Gatti, Pellegrini, Bonucci, Rugani, Barbieri

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Pogba, Rovella, McKennie, Locatelli, Zakaria, Compagnon, Fagioli

Attakkanti: Vlahovic, Kean, Di Maria, Soulé, Aké, Cudrig, Da Graca

Se jkunu neqsin: Arthur, Chiesa, Kaio Jorge u De Sciglio (injuries); Rabiot (raġunijiet personali); Ramsey u Pjaca (li mhumiex iktar fil-pjanijiet ta’ Juventus).

Matthew Scerri

Il-pjanijiet ta’ Juventus għal waqt li tkun għaddejja t-Tazza tad-Dinja

L-istaġun 2022/23 hu wieħed anomalu minħabba li għall-ewwel darba fl-istorja t-Tazza tad-Dinja se tintlagħab fix-xitwa. Il-kampjonat domestiċi se jkunu weqfin minn nofs Novembru sa ftit wara l-Milied. Qed jissemma li Juventus se jkunu qed jilagħbu xi partiti ta’ ħbiberija fil-ħamsin jum ta’ waqfa. Mhux eskluż lanqas li Juventus jorganizzaw jew jieħdu sehem f’xi tournament. L-għan wara dan kollu hu li t-tim ma jaqtax għal kollox mil-logħob bil-konsegwenza li jitlef il-match practice.

Mathew Scerri

Illum l-aħħar partita ta’ ħbiberija tal-preseason Juventin

Illejla fis-sitta ta’ filgħaxija Juventus se jilagħbu l-aħħar partita ta’ ħbiberija tal-preseason qabel jibda l-kampjonat. Fil-JTC tal-Continassa Juventus se jilagħbu kontra t-tim Under 23. Din se tkun l-ewwel darba li Juventus se jkunu qed jilaghbu bit-tielet flokk. Barra minn hekk probabbli li naraw fl-azzjoni għall-ewwel darba lil Locatelli ma’ Juventus.

Matthew Scerri