Posts

Tlieta mistennija jġeddu l-kuntratt ma’ Juventus

Cuadrado, De Sciglio u Perin huma mistennija jiffirmaw kuntratti ġodda ma’ Juventus fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Kolombjan diġà stqarr pubblikament li se jibqa’ ma’ Juventus u fil-verità għandu ftehim ma’ Juventus għal kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 4 miljuni fis-sena. Anki De Sciglio u Perin lesti jaċċettaw il-proposta mressqa lilhom min-naħa ta’ Juventus. De Sciglio se jkollu paga ta’ 1.8 miljuin Ewro, filwaqt li Perin se jkun qed jaqla’ 1.5 miljun. Għat-tlieta li huma se jkun hemm tnaqqis fil-paga minħabba li Juventus qed jimxu fid-direzzjoni li jbaxxu drastikament l-ammont totali ta’ paga li jħallsu kull sena.

Matthew Scerri

Mattia Perin pożittiv għall-Covid-19

Mattia Perin ittestja pożittiv għall-Covid-19. L-aħbar ingħatat direttament minn Juventus. Fl-istqarrija naqraw li l-plejer beda l-kwarantina u għaldaqstant jinsab iżolat mill-bqija ta’ sħabu.

Matthew Scerri

Ifiqu tlieta ta’ Genoa

Genoa ħabbru li tlieta mill-plejers tagħhom morda bil-Covid, issia fiequ wara li kellhom riżultat negattiv fl-aħħar swab test li sarilhom. Il-plejers li fiequ huma: Federico Marchetti, Mattia Perin u Ivan Radovanovic.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Perin misluf lil Genoa

Juventus ħabbru li Mattia Perin reġa’ ngħaqad b’self ma’ Genoa għal sena. Fl-istqarrija m’hemm l-ebda referenza għal xi tip ta’ dritt li Genoa jixtruh għal kollox fis-sajf 2021.

Matthew Scerri

Perin reġa’ mar lura ma’ Genoa

Plejer ieħor li sellem temporanjament lil Juventus illum hu Mattia Perin. Kmieni waranofsinhar hu wasal fil-faċilitajiet sportivi ta’ Pegli, li huma l-headquarters ta’ Genoa. Hu ffirma kuntratt magħhom. Tajjeb infakkru li Perin ingħaqad għat-tieni sena ma’ Genoa b’self.

Matthew Scerri

Perin se jibqa’ b’self ma’ Genoa

Mattia Perin se jibqa’ b’self għal sena oħra ma’ Genoa. Għada hu mistenni jkun fil-belt ta’ Genova għat-testijiet mediċi u l-firma tal-kuntratt. Dat-trasferiment b’self ifisser li Juventus ma sabux il-bejgħ tiegħu.

Matthew Scerri